It-Tnejn 9 ta’ Settembru 2013 – Jum ta’ Radd il-Ħajr lil Alla
6:30pm Rużarju u Barka Sagramentali.
7:00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Arċipriet Mons. Carmelo Refalo li għaliha hija mistiedna l-komunità parrokkjali sabiex trodd ħajr lil Alla għall-grazzji li xerred fuqha matul il-jiem tal-festa titulari.
Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, isir id-dħul tal-istatwa ta’ Marija Bambina Inkurunata fin-niċċa tagħha.