Illum, frott l-Aggregazzjoni Spiritwali mal-Bażilika Liberjana ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma, kull min iżur il-Bażilika ta’ Marija Bambina jirċievi l-Indulġenza Plenarja skont il-kundizzjonijiet tas-soltu.
Quddies 5:00am; 6:00am; 7:00am; 8:00am; 11.00am; 5.00pm: Quddies bl-omelija fil-Bażilika.
9:00am Pontifikal Solenni ppresedut mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech bis-sehem ta’ delegazzjoni tal-W.R. Kapitlu Katidrali u tal-W.R. Kapitlu Kolleġġjali ta’ Marija Bambina u l-kleru tal-parroċċa. Wara l-qari tal-Evanġelju, Mons. Isqof jagħmel il-prietka ta’ din is-Solennità. Fi tmiem il-Pontifikal Solenni jsir il-kant tal-Innu Malti f’dan il-Jum Nazzjonali.
Tiġi esegwita l-quddiesa A Maria Immacolata tas-Surmast Bugeja bis-sehem tas-solisti u l-kor Jesus of Nazareth ta’ Tas-Sliema, Malta.
11:00am Marċ popolari u brijuż mill-Baned Beland taż-Żejtun u Prekursur tax-Xewkija li jibda mill-bidu ta’ Triq Marija Bambina.
6:00pm Kant Solenni tat-Tieni Għasar bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Kolleġġjali, ippresedut mill-W.R. Mons. Arċipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Appostoliku.
6:00pm Tibda sfilata ta’ marċi mill-Banda Victory tax-Xagħra u mill-Banda Leone tal-Belt Victoria li tilħaq il-qofol tagħha f’Misraħ il-Vitorja.
7:00pm Ħruġ Solenni tal-istatwa artistika inkurunata ta’ Marija Bambina mill-knisja Bażilika. Il-Banda Victory issellem lill-Patruna tagħna bil-kant tal-Ave Maria, u wara, l-istess banda, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Galea LCM, tesegwixxi l-innu ‘Ħdejn in-Nieqa ta’ Marija’ bis-sehem tas-solisti u l-kor Nativitas tal-istess Soċjetà Filarmonika.
7:30pm Purċissjoni Pontifikali bl-istatwa ta’ Marija Bambina Inkurunata bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Kolleġġjali u kleru tal-Parroċċa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Joe Bonello OFM.
Waqt il-purċissjoni, il-Banda Leone tal-Belt Victoria tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier f’Misraħ il-Vitorja.
9:30pm Tislima kbira lil Marija Bambina f’Misraħ il-Vitorja. Kant tal-Ave Maria mis-Sopran Rita Dimech. Spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-ajru.
10:00pm Dħul Solenni tal-istatwa Inkurunata ta’ Marija Bambina fil-knisja Bażilika. Titkanta l-Antifona Natitvitas Tua u tingħata l-Barka Sagramentali.
10:30pm Marċ mill-Banda Victory tax-Xagħra li jibda minn Triq Jannar, idur madwar il-knisja, Misraħ il-Vitorja, Vjal 8 ta’ Settembru u jintemm fil-każin tal-istess Soċjetà.