Xaghra Parish Church in Gozo, Malta is a popular religious site. Mass times are…
Il-Bullettin tal-Hadd – December 2
L-Avvent jimmarka l-bidu ta’ Sena Liturġika Ġdida. Il-qalb tagħna titħejja biex tfakkar il-miġja tas-Sinjur tagħna Ġesù Kristu, waqt li tishar tistenna t-Tieni miġja Tiegħu fil-Glorja.
X’ser nagħmel f’dan iż-żmien? Waqt li d-dinja ma tagħtiniex l-għajnuna meħtieġa, aħna minkejja kollox irridu nkunu konvinti li nsiru midħla tal-Kelma u tal-Ewkaristija. L-Avvent, bil-kulur liturġiku vjola, ipoġġina fi żmien ta’ preparazzjoni fit-talb. Il-quddiesa ta’ kuljum hija mezz qawwi sabiex ngħixu dan iż-żmien. Dawk li minħabba xogħol ma jistgħux jattendu, jistgħu jimmeditaw il-kelma t’Alla minn fuq Messalin, jew fuq diversi “sites” li jagħtu l-liturġija ta’ kuljum.
Il-Bullettin
Il-Bullettin tal-Hadd – November 25
Is-Sena Liturġika tiġi fil-qofol u t-tmiem tagħha bis-Solennità ta’ Ġesù s-Sultan tal-Ħolqien Kollu. Din il-festa turi l-ordni u l-post li kull bniedem għandu jħaddan u jsib. Nemmen f’Alla, Sid u Ħallieq ta’ kollox, minnu ġej dak kollu li ġie maħluq, u għandu rridu nerġgħu nirritornaw. “Żomm l-ordni”, biex kull valur u kull ħaġa li għandna titqiegħed f’postha. Nagħtu lil Alla dak li hu TIEGĦU.
Il-Bullettin
Il-Bullettin tal-Hadd – November 18
Matul din il-ġimgħa, fil-ġranet ta’ bejn id-19 u t-23 ta’ Novembru 2012, ser ikollna ġranet li fihom nippreparaw ruħna għas-Solennità ta’ Kristu Sultan, li ser jiġi ċċelebrat il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012. Kull filgħaxija, ikollna quddiesa b’meditazzjoni qasira, u wara, il-persuni li jwettqu d-diversi ministeri fil-knisja, permezz tal-parroċċa tagħna, ser ikollhom laqgħat ta’ formazzjoni u aġġornament. Għalhekk, nistiednu lil-letturi, animaturi, lill-ministri Straordinarji tat-Tqarbin, lill-ostjarji li jwettqu servizz għall-indafa tat-tempju u l-ħwejjeġ tal-kult, lill-kanturi li janimaw il-kant, lill-voluntiera ta’ Radju Bambina u lill-ġenituri tal-abbatini, sabiex isegwu l-programm u joffru talb, sabiex il-parroċċa tagħna tiżżejjen aktar bid-don tal-MINISTERJALITÀ.
Il-Bullettin
Il-Bullettin tal-Hadd – November 11
BULLETTIN PARROĊĊA MARIJA BAMBINA XAGĦRA – GĦAWDEX 11-11-2012 Martri tal-Imħabba Illum il-festa ta’ San…
Il-Bullettin
