PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
18-11-2012
EŻERĊIZZI TAL-QALB TA’ ĠESÙ
Matul din il-ġimgħa, fil-ġranet ta’ bejn id-19 u t-23 ta’ Novembru 2012, ser ikollna ġranet li fihom nippreparaw ruħna għas-Solennità ta’ Kristu Sultan, li ser jiġi ċċelebrat il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012. Kull filgħaxija, ikollna quddiesa b’meditazzjoni qasira, u wara, il-persuni li jwettqu d-diversi ministeri fil-knisja, permezz tal-parroċċa tagħna, ser ikollhom laqgħat ta’ formazzjoni u aġġornament. Għalhekk, nistiednu lil-letturi, animaturi, lill-ministri Straordinarji tat-Tqarbin, lill-ostjarji li jwettqu servizz għall-indafa tat-tempju u l-ħwejjeġ tal-kult, lill-kanturi li janimaw il-kant, lill-voluntiera ta’ Radju Bambina u lill-ġenituri tal-abbatini, sabiex isegwu l-programm u joffru talb, sabiex il-parroċċa tagħna tiżżejjen aktar bid-don tal-MINISTERJALITÀ.
Programm:
It-Tnejn 19 ta’ Novembru: Letturi u Animaturi tal-quddiesa fis-7.15pm fil-Bażilika, imexxi Dr. Wayne.
It-Tlieta 20 ta’ Novembru: 1) Ministri Straordinarji tat-Tqarbin fis-7.15pm fid-Domus Curialis, imexxi Mons. Arċipriet Joseph Sultana.
2) Dawk li jieħdu ħsieb il-fjuri fis-7.15pm fid-Domus Curialis imexxi Mons. Arċipriet Carmelo Refalo.
L-Erbgħa 21 ta’ Novembru: L-‘Ostjarji’ – dawk in-nies li jieħdu ħsieb it-tindif tal-knisja fis-7.15pm fil-Bażilika, imexxi Patri Ugolin Xerri OFM Konv.
Il-Ħamis 22 ta’ Novembru: Ġenituri tal-Abbatini fil-5.00pm fiċ-Ċentru Vokazzjonijiet, ikellemhom Mons. Arċipriet Carmelo Refalo. Fis-7.00pm fil-Bażilika – Adorazzjoni bis-sehem ta’ dawk li jqassmu l-Bullettin u l-fuljetti tal-Knisja.
Il-Ġimgħa 23 ta’ Novenbru: 1) ‘Il-Kanturi’- dawk li janimaw il-kant fil-quddies fis-7.15pm fid-Domus Culialis, imexxi Dun Roberto Gauci.
2) Il-Voluntiera ta’ Radju Bambina u Website fit-8.00pm fid-Domus Curialis, imexxi Mons. Arċipriet Carmelo Refalo.
Katekeżi Sena tal-Fidi: It-Tieni Ħamis tax-Xahar
Wara l-ewwel esperjenza ta’ katekeżi għall-poplu fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi, nitlobkom tkomplu tagħtuna s-suġġerementi tagħkom. L-appuntament li jmiss huwa għall-Ħamis, 13 ta’ Diċembru 2012, fis-7.00pm. Wasslu din l-istedina mqar lil persuna waħda…bil-għan li nressquha lejn Ġesù. Ftit mill-SMS li waslu:
“M’għandix kliem sabiex infaħħar lill-Mulej u ngħidlek kemm kienet sabiħa u bis-sens iċ-ċelebrazzjoni tas-Sena tal-Fidi. Ħassejtni fl-aqwa festa.” M.J.F.
“L-ewwel u qabel kollox, grazzi tal-messaġġ li waslilna. Jalla lkoll kemm aħna, din il-kelma li smajna nħaddnuha f’ħajjitna. It-tieni, tal-mod kif kien imqassam il-programm, anki x’ħin daħlu t-tfal. Sabiħa ħafna. Grazzi lil kull min ta sehem sabiex dejjem aktar inwasslu lil Ġesù.” M.S.
“Tliftha l-ewwel katekeżi tas-Sena tal-Fidi. Minn dak li qaluli, stajt nara x’esperjenza sabiħa kienet. Nittama li nkun magħkom għal li jmiss”. J.Z.
FESTA TA’ KRISTU RE 2012
Nhar il-Ħadd li ġej, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re, aħna mistiedna ninġabru mar-Ragħaj Spiritwali tagħna l-E.T. Monsinjur Isqof Mario Grech, sabiex f’din is-Sena tal-Fidi nagħtu qima lil Ġesù, u nagħżluh bħala t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja tagħna. Għalhekk il-quddiesa ta’ nhar il-Ħadd li ġej, minflok fil-5.00pm ser toħroġ fis-6.00pm. Ħadd m’għandu jorganizza attivitajiet oħra Narawkom.
Programm: Nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru.
Post: Ix-Xagħra (Ħdejn il-Playing Field tax-Xagħra) fl-4.00pm. Ikun hemm seating għal kulħadd. F’każ ta’ maltemp isir kollox fir-Rotunda tax-Xewkija.
Ħlas Annwali għall-Manutenzjoni taċ-Ċimiterju
Dawk kollha li għandhom qabar fiċ-Ċimiiterju tax-Xagħra, kemm fis-sezzjoni l-qadima u kemm fil-ġdida, huma mitluba sabiex sal-aħħar tax-xahar ta’ Novembru jwasslu l-ħlas tal-manutenzjoni annwali ta’ €20. Dan jippermettielna sabiex inżommu l-upkeeping taċ-ċimiterju u nagħmlu xogħol f’parti miċ-ċimiterju fejn kien jinżamm l-ilma.
Avviżi
- Nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru, fit-8.00pm, fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, ser issir laqgħa għall-Persuni Separati.
- Nhar is-Sibt, 24 ta’ Novembru, ser ikun hemm Adorazzjoni għall-Persuni Kkonsagrati fil-Parroċċa ta’Għajnsielem, li tibda fis-6.00pm sat-8.00pm.

