BULLETTIN
PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
27-05-2012
DUN MARK BONELLO………….SAĊERDOT GĦAL DEJJEM
Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Ġunju 2012, il-Knisja tifraħ għaliex ser ikollha grazzja ta’ rigal tas-saċerdozju fil-persuna tad-Djaknu Mark Bonello. L-E.T. Monsinjur Isqof Mario Grech ser jordna lil dan iż-żagħżugħ mill-parroċċa tagħna flimkien mad-Djaknu Daniel Grech għall-Ministeru tal-Presbiterat. Din hija grazzja kbira u ħolqa oħra fil-katina ta’ vokazzjonijiet Xagħrin. Nifirħu mal-ġenituri Saviour u Lily Bonello, flimkien mal-familja ta’ oħtu Silvana Agius, flimkien mal-familjari kollha u bi gratitudni kbira nirringrazzjaw lill-Mulej. Din għandha tkun okkażjoni oħra sabiex nitolbu għall-qdusija tas-saċerdoti u nitolbu għall-vokazzjonijiet. Nifirħu wkoll mas-Seminarju u dawk kollha nvoluti fil-formazzjoni li qed twassal lid-Djaknu Mark Bonello għall-Ministeru Saċerdotali.
STEDINA: Il-parroċċa tax-Xagħra titla’ bi ħġara fil-Knisja Katidrali fis-6.00pm għall-ordinazzjoni saċerdotali. Trasport huwa b’xejn li jitlaq min-Nazzarenu għall-Pjazza. Iġbru l-biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. AD MULTOS ANNOS.
l-Ewwel Tqarbina
Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Ġunju 2012, fil-quddiesa tal-11.00am, numru sabiħ ta’ tfal ser jirċievu lil Ġesù Ewkaristija għall-ewwel darba f’qalbhom. Nappellaw sabiex jisimgħu l-quddiesa ta’ kuljum u jitqarbnu. F’dawn il-ġranet ġibu lil uliedkom kuljum għall-quddiesa tas-7.00pm.
Party tat-Tqarbina Flimkien
Għall-ħames sena konsekuttiva, il-ġenituri tat-tfal tat-Tqarbina, qed jorganizzaw il-party tat-Tqarbina flimkien. Prosit għal din l-inizjattiva, kif ukoll għall-kooperazjoni tagħhom.
Is-Sibtijiet tal-Bambina
Nhar is-Sibt, 9 ta’ Ġunju 2012, nagħtu bidu għas-Sibtijiet tal-Bambina. Id-devozzjoni Marjana fis-Santwarju tal-Bambina għandha tispikka u tiżviluppa bl-aħjar mod tagħha. Mal-Bullettin tal-ġimgħa d-dieħla tirċievu l-programm tas-Sibtijiet tal-Bambina. Ejjew nattendu bi ħġarna.
Azzjoni Kattolika: Tiġdid u Azzjoni
Nhar it-Tliet, 29 ta’ Mejju 2012, fis-7.00pm ser issir quddiesa fil-Bażilika li tfakkar lil Santa Gianna Beretta Molla….il-qaddisa għall-ħarsien tal-ħajja. Wara, ikun hemm laqgħa fl-Azzjoni Kattolika għall-fergħa tal-irġiel tal-Azzjoni Kattolika.
Okkażjoni Unika
Tiġi fostna Delegazzjoni ta’ Katekeżi minn Diversi Pajjiżi Ewropej. Nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju, ser ikollna fostna 65 delegat għall-katekeżi għall-ġimgħa ta’ studju u approfondament. Wara kors ta’ aġġornament f’Malta, ser iżuru l-parroċċa tagħna sabiex jaraw esperjenza ta’ katekeżi – il-Bambina tbierek din l-inizjattiva qaddisa li ser tiswa ħafna lill-Knisja u lill-Parroċċa tagħna. Programmata wkoll żjara fil-Bażilika.
Quddiesa fl-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex
Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fl-1 ta’ Gunju. Bħas-soltu ssir fil-Knisja ta’ Santu Wistin (Victoria): fit-8.30pm. Ikun hemm ukoll il-possibilta’ tal-Qrar.
Xi Tagħrif
- Għada t-Tnejn ser issir il-laqgħa ta’ talb ta’ Padre Pio fl-Oratorju tal-Passjoni fl-4.00pm.
- Kartolini tal-Milied m’għadhomx jinġabru għall-Missjoni.
ĠUNJU X-XAHAR TAL-QALB TA’ ĠESÙ
Grazzi Benefatturi Xagħrin
Donazzjonijiet u ġbir – Dħul dan l-aħħar xahar
Ġabra San Ġużepp €3,221.75
Ferta t’April €2,873.00
Ġabra Ħamis ix-Xirka għas-Saċerdoti €2,045.00
Donazzjoni Rivista Xagħra €1,452.92
Donazzjoni Knisja N.N. €1,000.00
Fund Raising Activity €1,000.00
Obolu Ta’ San Pietru – Ġabra € 789.07
Ferta Ġabra Speċjali 3 Ħadd t’April € 642.00
Donazzjoni Knisja N.N. € 500.00
Wirja Kurċifissi € 129.30
Donazzjoni Bullettin b’suffraġju u ċertifikati € 85.00
Donazzjoni Bambina u San Ġużepp € 60.00
Donazzjoni għall-Knisja minn Persuna minn Franza € 50.00
Donazzjoni għall-Knisja N.N. € 50.00
Bejgħ ieħor tar-Rivista Xagħra € 31.00
Donazzjoni għall-Knisja N.N. € 25.00
Donazzjoni lil San Ġużepp € 20.00
TOTAL €13,974.04
