Programm tal-Festa 2013
Programm tal-Festa 2013 – Click to Download (PDF)
Il-Bullettin tal-Hadd – April 7th 2013
Matul dan ix-xahar ta’ April l-Arċipriet iżur il-familji kollha tax-Xagħra fl-okkażjoni tat-Tberik tal-Għid. Din hija esperjenza li fil-Pastorali ta’ kull Kappillan jew Arċipriet tagħtih il-possibiltà li jiltaqa’ mal-parruċċani tiegħu, l-aktar dawk li huma morda fi djarhom. Għan-nies tax-Xagħra din id-drawwa għadha tinżamm bi stennija tant li l-familji jilqgħu lil Ġesú fil-persuna tas-saċerdot bir-rispett li jixraqlu u bi preparazzjoni li ssir fil-qlub, fid-djar u fil-festin li n-nies tipprepara. Ikun mument sabiħ ta’ talb li fih nitolbu l-Barka t’Alla, u fuq kollox mument fejn wieħed jitkellem flimkien.