PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
25 ta’ Novembru, 2012
KRISTU RE
Is-Sena Liturġika tiġi fil-qofol u t-tmiem tagħha bis-Solennità ta’ Ġesù s-Sultan tal-Ħolqien Kollu. Din il-festa turi l-ordni u l-post li kull bniedem għandu jħaddan u jsib. Nemmen f’Alla, Sid u Ħallieq ta’ kollox, minnu ġej dak kollu li ġie maħluq, u għandu rridu nerġgħu nirritornaw. “Żomm l-ordni”, biex kull valur u kull ħaġa li għandna titqiegħed f’postha. Nagħtu lil Alla dak li hu TIEGĦU.
Ċelebrazzjoni ta’ Kristu Sultan
Din is-sena, iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Sultan, ser issir fil-parroċċa tagħna, qrib it-tempju tal-Ġgantija, patrimonju tal-umanità. Dan kollu jagħti sens tal-mixja mill-reliġjon naturali għal dik sopranaturali, jiġifieri għat-twemmin li ġabilna l-Appostlu Missierna San Pawl, marbuta mat-twemmin tagħna fi Kristu Ġesù.
Programm:
- 4.00pm: Ftuħ taċ-Ċelebrazzjoni. L-istudenti Għawdxin li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof jixgħelu l-fjamma simbolika marbuta mal-Fidi.
- Mima Sabiħa.
- Diskors mill-E.T. Monsinjur Mario Grech Isqof t’Għawdex.
- Barka Sagramentali.
- Kollox hu previst li jispiċċa sas-6.00pm. Illum, il-quddies fil-Bażilika, wara nofs inhar ser ikun fis-6.00pm u fis-7.30pm. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi. Nagħtu daqqa t’id fl-armar u ż-żarmar, partikularment min-nies li joqogħdu f’dawk l-inħawi.
Jum il-Karità
Illum huwa Jum il-Karità. Aħna forsi ma nimmaġinawx kemm każi ta’ karità qed jiżdiedu kuljum quddiem faqar modern! L-envelope li ser jaslilkom fi djarkom wassluh lil dawk in-nies tal-Bullettin, stennewhom, tafu min huma, u agħtuh lilhom, sabiex iwassluh fl-Uffiċċju Parrokkjali, u aħna ngħadduh lill-Caritas Djoċesana. Agħti li tista’. Alla jara l-qalb. Qatt titraskuraw l-għajta tal-fqir. Ngħinu d-djar tal-Knisja li jwettqu ħidma ndispensabbli eż: Dar l-Arka, Dar Ġużeppa Debono u l-Uffiċċju Caritas.
Knisja Ġesù Nazzarenu
Mixja ta’ katekeżi fis-Sena tal-Fidi mal-Patrijiet Franġiskani.
Tema: IL-FIDI MISTQARRA U MGĦIXA..Tagħlim dwar il-Kredu.
Programm:
L-Erbgħa 28 ta’ Novembru: Katekeżi I, imexxi Patri Martin Coleiro OFM.
Il-Ħamis 29 ta’ Novembru: Katekeżi II, imexxi Patri Franco Fenech OFM Kapp.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru: Katekeżi III, imexxi Patri Hayden OFM Kapp.
Ħin fis-7.00pm fil-Knisja tan-Nazzarenu. Kulħadd huwa mistieden.
Irtir Grupp Vokazzjonijiet
Bejn id-29 ta’ Novembru u t-2 ta’ Diċembru, grupp ta’ studenti ser ikunu Irtir tal-Avvent ġewwa Malta. Dan l-irtir jitmexxa mill-Arċipriet. Tistgħu tingħaqdu magħna, billi ssostnuna bit-talb u billi toffru donazzjonijiet għall-ispejjeż li jitlob dan l-irtir. “Itolbu lil Sid il-ħsad jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu”.
Tagħrif Importanti
- Katekeżi Familji: Segwu l-programm tal-parroċċa li kull nhar ta’ Sibt toffri formazzjoni tal-familji u tal-koppji miżżewġa. Waqt li kull ħmistax ikollna l-formazzjoni tal-koppji għarajjes.
- Għada t-Tnejn 26 ta’ Novembru, ser ikun hemm il-laqgħa ta’ talb ta’ Padre Pio tal-Pjagi fl-4.00pm fl-Oratorju tal-Passjoni
- Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Novembru ser isir nofs ta’ nhar irtir għan-nisa f’Lourdes Home mid-9.00am sa nofs in-nhar. Ikun hemm qrar, quddiesa minn Fr. Joseph Xerri, kafe u tombla. Ċemplu lil Sr. Paola Żammit 21556537.
- Christmas Carol Celebration on Wednesday 12th December 2012 at 7.00pm at St. Margaret’s Parish Church, Sannat.
- Niġbdulkom l-attenzjoni li l-liċenzja ta’ Radju Bambina li titħallas kull sena f’Diċembru hija ta’ €349. Min jista’, igħin. Grazzi.
- Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru ser issir laqgħa għall-persuni f’relazzjoni barra ż-żwieġ fit-8.00pm fiċ-Ċentru Pastoral Ragħaj it-Tajjeb.
X’Ser ikollna Sabiħ f’Diċembru 2012?
1-2: Irtir Grupp Vokazzjonijiet.
3: Kunsill Presbiterali(Laqgħa tas-saċerdoti).
5: Kunsill Parrokkjali.
8 Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.
9: L-għoti tal-ministeru tal-Akkolitat lis-seminarista Daniel Sultana.
13: Katekeżi Sena tal-Fidi II.
15 – 23: Novena tal-Milied.
16: Aqdef għall-Istrina – maratona bir-roti.
24: Lejlet il-Milied.
25: Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.
29: Vestizzjoni ta’ 4 abbatini ġodda.
30-31 Diċembru, 1 Jannar 2013: Kwaranturi Solenni fil-Bażilika.

