PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
11-11-2012
Martri tal-Imħabba
Illum il-festa ta’ San Fortunato Martri. Din l-istatwa tiġbor fiha relikwija prezzjuża tal-għadam tal-Martri. Fi żmien il-persekuzzjoni tal-Imperu Ruman, il-martri kienu miżmumin bl-akbar għożża. L-insara ta’ żmienhom kienu jiċċelebraw il-jum li fih dawn il-Martri taw l-aqwa xhieda ta’ mħabbithom għal Alla, u għat-twemmin tagħhom bit-tixrid ta’ demmhom. Il-festa liturġika ta’ wħud minnhom, festa li tiġi ċċelebrata fil-jum meta huma temmew ħajjithom fuq din l-art, hija miżmuma bħala t-twelid tagħhom għas-sema.
Festa ta’ San Fortunato Martri: Illum nagħtu ġieħ u rispett lill-Martri li fil-Bażilika wasal b’tant għożża minn missirijietna. Inħeġġu lill-poplu kollu jattendi.
Programm: 4.00pm: Kant tal-Għasar bit-talb tas-Salmi mill-Kapitlu, Kleru u Poplu. Għoti tas-Salib lill-istudenti tal-Griżma tal-Isqof.
4.30pm: Purċissjoni bis-sehem tal-Istudenti tal-Ġriżma tal-Isqof, flimkien mal-ġenituri u l-parrinijiet.
5.00pm: Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċipriet Monsinjur Carmelo Refalo.
Il-Martri Illum
Dan l-aħħar id-dinja ċivilizzata ħasset stmerrija għall-att brutali li sar fuq tfal u studenti tad-duttrina waqt is-“Sunday School” li ġew maqtula wara splużjoni ta’ Dunka fil-Missjoni tan-Niġerja. Ma’ dawn inżidu kuruna ta’ martri li xerrdu demmhom għal Kristu fis-sena 2012. Mhux ta’ b’xejn li l-martri tal-Knisja, illum igħoddu aktar minn dawk tal-persekuzzjonijiet tal-Knisja tal-bidu.
Kalendarju 2013
F’dawn il-ġranet, in-nies li jqassmu l-Bullettin ser javviċinawkom sabiex tixtru u takkwistaw kalendarju ġdid tal-Parroċċa tax-Xagħra għas-Sena 2013. L-emigranti li kienu fostna għall-festa tal-Bambina, diġa’ ħadu magħhom numru sabiħ ta’ kalendarji.
Il-kalendarju fih ritratti antiki u sbieħ, li wieħed jista’ jżomm. Fih ukoll ritratti marbuta ma’ pellegrinaġġi li saru fl-imgħoddi, u ritratti tar-restawr bla ma jieqaf li qed isir fil-Bażilika. Bil-prezz ta’ €5 tkunu tgħinu r-restawr li ser jibda fis-sagristija tal-Bażilika, fejn is-saqaf u t-travi ta’ dan il-post ġarrbu ħsarat saħansitra bix-xita. Il-kalendarju għadduh rigal lix-Xagħrin li joqgħodu barra mill-parroċċa u lill-emigranti. Dan il-kalendarju għandu jsib postu f’kull dar Xagħrija, għaliex fuqu għandkom dak kollu li ser isir fil-knisja matul is-sena, in-numri tat-telefon tal-Ufficcju Parrokkjali u tas-saċerdoti, li tużawhom l-aktar meta jinqala’ funeral. Insomma, min iħobb il-parroċċa u lix-Xagħra għandu jkollu dan il-kalendarju sabiħ!
Laqgħa għaż-Żgħażagħ f’Malta
Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ tixtieq tistieden liż-żgħażagħ Għawdxin f’Malta għal- laqgħa, nhar it-Tlieta 13 ta’ Novembru 2012, fil-Kappella tal-Università, Malta. Il-laqgħa tibda fit-8.15pm. Se jkun mistieden ex inmate tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li se jagħti l-esperjenza ta’ ħajtu.
Seminar tal-Presepji
‘L-Għaqda l-Milied fix-Xagħra’ tħabbar, li s-seminar annwali tal-presepju ser isir illum fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ mid-9.30am sa 12.00pm (nofsinhar). Tistieden lil dawk kollha li jixtiequ jissieħbu fil-kumitat, biex ikellmu lil xi membru tal-Għaqda. L-Għaqda tħabbar ukoll li qed tniedi l-kompetizzjoni tal-Milied. Formoli tal-applikazzjoni tistgħu tiġbruhom mis-Sagristija, miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, jew mill-Knisja tan-Nazzarenu.
Tajjeb tkun Taf
- Għada t-Tnejn fis-6.30pm ikollna l-quddiesa kateketika għat-tfal tad-duttrina kollha. Ejjew għar-Rużarju li jibda fis-6.00pm.
- Nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tad-duttrina fil-M.U.S.E.U.M. tas-Subien. Ħudu l-card tal-attendenza magħkom.
- Festa ta’ Kristu Re: Il-festa ta’ Kristu Re ser issir fil-Parroċċa tax-Xagħra nhar il-25 ta’ Novembru 2012 . Żommu dik id-data libera.
- Eżerċizzi tal-Qalb ta’ Ġesù: Bejn id-19 u t-23 ta’ Novembru ser ikollna l-Eżerċizzi tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Bażilika,
Agħtihom o Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem
Konsilja Grima u wliedha Marija, u Joan u l-familja tagħha joffru €20 b’suffraġju tal-għażiż żewġha u missierhom Ġużeppi Grima.

