BULLETTIN
PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
10-06-2012
“JIEN NADURAK BIL-QIMA”…ILLUM IL-KORPUS
Is-Sollennità tal-Ġisem u tad-Demm tal-Mulej, imsejħa l-Korpus titfa’ l-ħarsa tal-Poplu t’Alla fuq dak li huwa ċ-ċentru tal-fidi tagħna – Ġesù fl-Ewkaristija. Ġesù jinsab preżenti fl-Ewkaristija bil-Ġisem, bid-Demm, bir-Ruħ u bid-Divinità. Ġesù ried jibqa’ magħna fl-Ewkaristija. Kull meta nfittxu nista’ nsibu. Kull darba li rrid nitkellem miegħu, Hu ser jismagħni u jifhimni. Ġesù mill-Ewkaristija jistedinna “Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqlin u jiena nserraħkom”. Illum ningħaqdu mal-Knisja kollha waqt li nagħtu qima lil Ġesù Ewkaristija. F’kull quddiesa tinqara s-sekwenza, jew aħjar l-Innu ta’ San Tumas t’Aquino lill-Ewkaristija.
Programm: 8.30am: Konċelebrazzjoni Solenni tal-Korpus. Wara, Purċissjoni Ewkaristika li tgħaddi minn Triq Jannar, Bullara, Spiera u Pjazza.
It-Tfal tal-Ewwel Tqarbina jiġu bil-libsa (żimarra) waqt li jakkumpanjaw lil Ġesù Ewkaristija. Ġenituri akkumpanjaw lil uliedkom. Mistiedna wkoll l-istudenti li din is-sena rċivew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Adorazzjoni Ewkaristika: Mill-1 ta’ Jannar 2012, tajna bidu għall-Adorazzjoni fis-skiet ġewwa l-Bażilika mid-9.00am sa 12.00pm. Nagħmlu sejħa sabiex aktar nies jersqu għall-Adorazzjoni u jduqu l-ħlewwa u l-paċi li Ġesù mill-Ewkaristija jixtieq idewwaqna.
Festa tal-Qalb ta’ Ġesù
Il-Qalb ta’ Kristu mimlija Ħniena u mħabba għalina l-bnedmin għandha timmaturana u timbuttana sabiex nhar il-Ġimgħa li ġejja nersqu nixorbu mill-għejjun. Ikollna Jum ta’ Adorazzjoni. Fis-7.00pm Konċelebrazzjoni mill-Arċipriet Monsinjur Carmelo Refalo, u wara, Purċissjoni Ewkaristika fin-naħa tal-Ġgantija Plots. Inżejnu t-toroq bil-ward u fjuri u qsari minn fejn tgħaddi l-purċissjoni, b’rispett lejn l-Ewkaristija. Ma nħallux karrozzi pparkjati minn fejn tgħaddi l-purċissjoni.
Inkomplu s-Sibtijiet tal-Bambina
Nhar is-Sibt, 16 ta’ Ġunju huwa t-Tieni Sibt tal-Bambina. Fis-7.00pm reċita tar-Rużarju Mqaddes, u fis-7.30pm quddiesa bil-prietka mmexxija minn Dun Charles Sultana bis-sehem tal-familji li joqgħodu fit-toroq Mitħna, l-Imqades, John Otto Bayer, Stellini, Rużar Farrugia u Brieret.
It-Tieni Dehra tal-Madonna ta’ Fatima
Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Ġunju ser issir it-Tieni Dehra tal-Madonna ta’ Fatima fil-Knisja ta’ Ħamet. Fil-5.30pm Adorazzjoni Solenni. Fis-7.00pm Rużarju Meditat. Fis-7.30pm quddiesa li fiha ssir Omelija tal-okkażjoni. Wara l-quddiesa jkun hemm il-Pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima.
Offerti fil-kaxxi tal-Knisja għax-Xahar ta’ Mejju
Marija Bambina €251.47
San Ġużepp €184.84
Sagrament € 52.98
Redentur € 51.34
Duluri € 31.22
Santa Rita € 26.88
San Mikiel € 8.50
TOTAL €607.23
Agħtihom o Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem
- Vicky Cini toffri €15 b’suffraġju tal-għeżież ġenituri tagħha Lorenzo u Ġanna Xerri.
- Esther Said u l-familjari kollha joffru €15 b’suffraġju tal-għeżież huthom Karmena u Gemma Said.
