February 12th, 2012
1. Next week, you will be receiving the Programme of activities for Lent 2012, carrying a beautiful photo of the Crucifix. We urge you to join a religious group or Eucharistic Community and to do your best to listen to the Word of God and receive the Eucharist every day.
2. Eucharistic Adoration: At the Basilica we are having hours of Eucharistic Adoration on a daily basis. Let us pray during the days of Carnival to atone for the bad behaviour and offences received by Jesus during these days. We strongly recommend a conduct respectful towards God and persons.
3. On Thursday at 7.00pm we’ll have Adoration with prayers for vocations. A catechetical mass is celebrated on Friday at 6.00pm. A record of attendance for this occasion is kept of children who attend catechism lessons.
4. The statue of the crucified Christ we have at the basilica will be 100 next year! During Holy Week we are putting up an exhibition of crucifixes. All those who would like to have a crucifix included, will please contact a member of the Vocations Group.
5. Thank you for the Candlemas collection which raised €6954.20 towards the restoration of the Basilica. Those who were not at home when we came round, please contact the Archpriest or any other priest.
6. Blood Donation: Blood may be donated today at the Blood Donation Centre at Gozo General Hospital between 8.30am and 1.00pm. All healthy individuals may respond to this appeal. All those who wish to donate blood, are to present their I.D. Card.
12 ta’ Frar, 2012
1. Mal-Bullettin tal-ġimgħa d-dieħla ser tirċievu l-programm tar-Randan Imqaddes 2012, b’ritratt sabiħ tal-Kurċifiss. Inħeġġu biex nattendu l-għaqdiet u l-Komunitajiet Ewkaristiċi. Nagħmlu minn kollox biex kuljum nisimgħu l-Kelma t’Alla u nitqarbnu.
2. L-Adorazzjoni Ewkaristika: Fil-Bażilika qed ikollna siegħat ta’ Adorazzjoni Ewkaristika. Nagħmlu talb ta’ reparazzjoni u f’dawn il-ġranet tal-karnival impattu għall-eżempji ħżiena li jingħataw u għall-offiżi li Ġesù jista’ jirċievi. Nirrikmandaw rispett lejn Alla u lejn il-bnedmin.
3. Nhar il-Ħamis fis-7.00pm ikollna Adorazzjoni b’talb għall-vokazzjonijiet, waqt li l-Ġimgħa fis-6.00pm, fil-Bażilika ssir il-quddiesa kateketika. It-tfal li jattendu ċ-ċentri tad-duttrina qed issirilhom ir-rassenja tal-attendenza għall-katekiżmu u għall-quddiesa.
4. Il-Kurċifiss tal-Vara l-Kbira, is-sena d-dieħla jagħlaq 100 sena magħna. Dawk kollha li jixtiequ jesibixxu l-kurċifissi tagħhom fil-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, ikellmu lill-membri tal-Grupp tal-Vokazzjonijiet.
5. Inroddulkom ħajr għall-ġabra tal-Gandlora għar-restawr tal-knisja. Is-somma telgħet €6954.20. Dawk li ma sibnihomx id-dar ġentilment iwasslu l-offerta tagħhom lill-Arċipriet jew ma xi saċerdot.
6. Ġbir tad-Demm: Illum ser isir il-ġbir tad-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex mit-8.30am sas-1.00pm. Min hu f’saħħtu jista’ jirrispondi għal din is-sejħa. Kull min imur, irid jieħu miegħu l-Karta tal-Identità
