BULLETTIN
PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
13 ta’ Mejju,2012
GĦAŻIŻA OMMI
Il-“Mother’s Day”, Jum l-Omm li qed jiġi ċċelebrat fil-qalba tax-xahar ta’ Mejju, din is-sena qed jaħbat mad-dehra tal-Madonna ġewwa Fatima. F’din il-ġurnata niftakru fl-ommijiet kollha ħajjin u mejtin, nuruhom rikonoxximent u nitolbu għalihom. L-isbaħ rigal li nistgħu noffru lill-ommijiet hija t-talba tal-Quddiesa.
Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf
Illum il-Ħadd, fil-quddiesa tal-5.00pm fis-Santwarju ta’ Pinu, L-E.T. Mons. Isqof Mario Grech ser imexxi quddiesa li fiha jitbierku t-trabi fil-ġuf. Dawk l-ġenituri kollha li qed jistennew tarbija jkunu minn tal-ewwel li jattendu.
Festa tal-Madonna ta’ Fatima
Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Mejju ser tiġi ċċelebrata l-Ewwel Dehra tal-Madonna ġewwa Fatima fil-Knisja ta’ ħamet.
6.00pm: Rużarju Meditat.
6.45pm: Quddiesa Konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. Wara l-quddiesa jkun hemm Pellegrinaġġ bl-Istatwa tal-Madonna ta’ Fatima u wara, Att ta’ Affidament lill-Madonna u barka Sagramentali.
Fil-Bażilika tagħna nfakkru l-Ewwel Dehra tal-madonna ta’ Fatima bil-quddiesa u l-prietka nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju fit-8.30am, u nhar it-Tnejn fil-quddiesa tas-7.00pm.
Dan ix-xahar ta’ Mejju, hu x-xahar tal-Madonna. Nitolbu t-Talba tar-Rużarju għall-paċi fid-dinja.
Laqgħat bi Tħejjija għall-Ewwel Tqarbina u għall-Griżma tal-Isqof
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Mejju u l-Erbgħa 16 ta’ Mejju, fid-Dar tal-M.U.S.E.U.M. tas-Subien, fis-7.30pm, ser isiru żewġ laqgħat importanti ħafna għall-ġenituri li għandhom lil uliedhom għall-Ewwel Tqarbina u għall-Griżma tal-Isqof. Il-ġenituri u l-parrinijiet huma fid-dmir sagrosant li jattendu.
Novena tal-Ispirtu s-Santu
Nhar il-Ħamis li ġej, fil-knisja tagħna ser tibda n-Novena lill-Ispirtu s-Santu. Nattendu għall-quddiesa ta’ kuljum u nitolbu din il-Qawwa tas-Sema.
Jum Dinji ta’ Talb min-Nisa Kattoliċi
Nhar il-Ħamis, 24 ta’ Mejju, fid-Dar Ċentrali tal-Azzjoni Kattolika fir-Rabat Għawdex ser isir dan il-programm:
9.00: Introduzzjoni minn Mrs. Anna Camilleri (Presidenta Ċentrali Fergħa Nisa).
9.10am: Konċelebrazzjoni mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex.
10.00am: Panel immexxi mill-President Antoine Vassallo dwar is-suġġett tal-okkażjoni.
Il-laqgħa tispiċċa bl-Innu Malti.
Stedina lill-Fratellanzi
Nhar l-Erbgħa 16 ta’Mejju, il-fratellanzi Għawdxin ser jinġabru fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu:
8.00pm: Quddiesa
8.30pm: Purċissjoni. Tberik u ftuħ tal-Konsultorju tal-Familja.
Il-fratelli għandhom jiġu liebsin il-libsa tal-Fratellanza tar-Rużarju.
Illum il-Ħadd, fl-10.00am ser issir quddiesa għall-anzjani fis-Santwarju ta’ Pinu. Trasport jitlaq mill-Pjazza fid-9.00am.
Agħtihom o Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem
- Franġisk u Coronata Sultana u l-familja joffru €12 b’suffraġju tal-għażiż binhom u ħuhom Louis Sultana.
- Reno Refalo joffri €10 b’suffraġju tal-għażiża ommu Rożaria Refalo.
- Jane Theuma u l-familja joffru €10 b’suffraġju tal-għażiż żewġha u missierhom Carmelo Theuma.
- Mikelina Bajada u wliedha joffru €20 b’ suffraġju tal-għażiża oħtha u zijithom Tonina Attard.
- Ġemma Sultana u wliedha joffru £10 b’suffraġju tal-għażiż żewġha u missierhom Carmelo Sultana u l-għażiża zijithom Anġela Refalo.
