BULLETTIN
PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
24-06-2012
WASLET IL-ĠABRA L-KBIRA GĦALL-FESTA TAL-BAMBINA
Il-festa tal-Bambina dalwaqt magħna! Ħadd wara Ħadd jibda Settembru, ix-xahar li jġib miegħu l-festa tal-Bambina. Il-poplu tagħna jifhem kemm impenn, xogħol, volontarjat u spejjeż iġġib magħha l-festa tal-Bambina. Tistgħu taraw b’sodisfazzjon, wara l-festa l-kbira li għamilna lill-Bambina fis-sena 2011, b’liema diskrezzjoni u għaqal il-gruppi u l-kumitati jiftehmu kif jinqasmu l-flus li niġbru minn għandkom biex kollox jitqassam b’irġulija u bi ftehim biex inħallsu lil kulħadd u kollox bla ma nħallu sold dejn! Kelma ta’ apprezzament tmur lill-membri tal-kumitat u tas-sotto-kumitati għall-ħidma ko-ordinata tagħhom, id f’id mal-Arċipriet. Issa nappellawlkom biex issegwu sewwa l-programm tal-ġranet li jolqtu lit-triq tagħkom. Stennew lill-Arċipriet u lill-membri tal-Grupp tal-Vokazzjonijiet u l-abbatini l-kbar. Kull familja toffri bil-qalb ir-rigal lill-Bambina fil-Birthday tagħha. Ħeġġu liż-żgħażagħ jagħmlu l-parti tagħhom. Nagħmlu offerta ta’ €25, €30 u €50 biex inpattu għall-familji li ma jistgħux joffru l-parti tagħhom. Il-Bambina tbierek l-ġenerożità tagħkom.
Programm tal-Ġranet u tat-Toroq – Ġabra Festa tal-Bambina 2012
- It-Tnejn 25 ta’ Ġunju (filgħodu): Arċip. Diacono, Jannar, Għar ta’ Ninu, Bullara, Ġużeppi Bajada, Laurent Ropa, Ta’ Sansuna, Liberat Grech, Bertrija, Spiera u Pjazza.
Filgħaxija: Bambina, Ġużepp Grech, Mitħna, Mikiel Farrugia, Franġisk Camilleri, J.Otto Bayer, Stellini, Isqof Rużar Farrugia, Imqades u Vjal 8 ta’ Settembru.
- It-Tlieta 26 ta’ Ġunju (filgħodu): Ġnien Xibla, Vestru, Għonqa, Patri Mattew Sultana, Ġnejna, Kommittiva, Gajdoru u Qasam ta’ Dun Anton.
- Filgħaxija: Dun Ġorġ Preca, Ġwann Camilleri, Parisott, Brieret, Karkar, Għejjun, Ġorf u Mannar.
- L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju (filgħodu): Għar ta’ Xerri, Ġnien Imrik, Kortoll, Sruġ, Għajn Lukin, George McAdam, Mikelanġ Pace, Dun Vinċenz Cauchi u Knisja.
Filgħaxija: San Ġużepp, Sant’Anton, Santa Verna, tal-Qaċċa, u 28 t’Aprill 1688.
- Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju (filgħodu)
Marsalforn, Masri, Għajn Qamar, Kalipso u Tiġrija.
Rendikont Festa Marija Bambina – 2011
Item Dħul(€) Ħruġ(€)
Żbilanċ Festa 2010 2,144
Ġabra Bieb Bieb u minn idejn l-Arċipriet 26,039 0
Ħruġ Statwa 4,000 0
Fund Raising 23,091 0
Baned (Ġabra bieb bieb) 2,800 10,752
Armar 7,341 12,287
Nar (Ġabra bieb bieb) 5,290 15,191
Donazzjoni / Sponsors 1,221 0
Stampar (Inkluż Rivista Xagħra) 3,418 4,401
Mużika (inkluż ikel, alloġġ, etc.) 0 9,063
Dawl 0 13,195
Refreshments (Barbeque Fratelli / Kor) 0 524
Refreshments ( Baned, Knisja) 0 1,049
Fjuri 840 1,086
Liturġija 0 1,654
P.A. Systems 0 820
Trasport 0 394
Dħul / Spejjeż Oħra 2,429 1,005
Total 76,469 73,565
Dħul 76,469
Ħruġ 73,565
Bilanċ 2,904
Inkomplu s-Sibtijiet tal-Bambina
Nhar is-Sibt, 30 ta’ Ġunju huwa r-Raba’ Sibt tal-Bambina. Fis-7.00pm reċita tar-Rużarju Mqaddes, u fis-7.30pm quddiesa bil-prietka mmexxija mill-Kapp. Joseph Bajada (Fontana) bis-sehem tal-familji li joqgħodu fit-toroq Għejjun, Mannar u Ġorf.
Korsijiet fl-Università
Il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta qegħda toffri diversi korsijiet ta’ studju għal-lajċi kemm matul il-ġurnata, kif ukoll filgħaxija. Għall-ewwel darba se jkun offrut kors ta’ BA (Hons.) fit-Teoloġija flimkien mal-Filosofija, mal-Matematika jew mal-Fiżika. Għat-tieni darba se toffri MA in Family Ministry, MA in Youth Ministry, MA in Matrimonial Canon Law u Postgraduate Diploma in Pastoral Psychology. Dettalji jinkisbu mill-websajt tal-Fakultà li tinsab fil-websajt tal-Università kif ukoll fuq in-noticeboards tal-parroċċa.
Kaxxa tal-Bolli Użati
Fil-kaxxa tal-bolli użati li qed jinġabru għall-missjonijiet, li qegħda fin-navi tal-Kappella tas-Sagrament, m’għandhomx jintefgħu ġo fiha kartolini tal-Milied. Il-persuna li kienet inkarigata minnhom m’għadhiex taħdem fuqhom.
Agħtihom o Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem
- Mannani Galea u wliedha joffru €20 b’suffraġju tal-għażiż żewġha u missierhom Ġużeppi Galea.
- L-aħwa Vella joffru €12 b’suffraġju tal-għeżież ġenituri tagħhom Carmelo u Roża Vella.
- L-aħwa Farrugia joffru €20 b’suffraġju tal-għeżież tagħhom ommhom Vinċenza, ħuhom Fortunato u zijuhom George Farrugia.
