BULLETTIN
PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
24-02-2013
IS-SEMINARISTA MARIO CURMI ..JINGĦATA L-MINISTERU TAL-LETTORAT
Illum il-Ħadd, fis-6.00pm, fil-Parroċċa ta’ Kerċem is-Seminarista Joseph Attard mill-Parroċċa taż-Żebbuġ flimkien mas-Seminarista Mario Curmi mill-Parroċċa tax-Xagħra ser jirċievu minn idejn l-E.T. Monsinjur Isqof Mario Grech, il-Minsiteru tal-Lettorat. Din hi tarġa oħra lejn il-Għolja fil-mixja lejn l-Ordinazzjoni għall-Presbiterat, tarġa li titlob impenn akbar tal-kandidat fil-konfront tal-Kelma t’Alla u fix-xandir tagħha. Jixraq ħafna li l-lejla s-saċerdoti, is-seminaristi, ir-reliġjużi u l-persuni kkonsagrati flimkien mal-membri tal-grupp tal-vokazzjonijiet, il-familja u l-familjari u l-parruċċani li għandhom għal qalbhom il-vokazzjonijiet ikunu preżenti. Nifirħu fil-Mulej għas-Seminarista Mario Curmi, għas-Seminarista Joseph Hili u għas-Seminarista Daniel Sultana, it-tlieta wlied ta’ din il-parroċċa, waqt li nitolbu lil Sid il-Ħsad sabiex jibagħat aktar ħaddiema fil-ħsad tiegħu.
Tagħrif Importanti
- Veronika: L-għaqda drammatika Azzjoni Kattolika Xagħra ser ittella’ d-dramm tal-Passjoni “Veronika”, kitba tal-Kan. Joe Meilaq u direzzjoni ta’ Josephine Azzopardi, illum il-Ħadd fis.6.30pm fis-sala tal-Azzjoni Kattolika.
- Kumitat Liturġiku: Bi tħejjija għar-Randan u għall-Għid il-Kbir, nhar l-Erbgħa fil-5.00pm ser jiltaqa’ fid-Domus Curialis il-kumitat Liturġiku bi tħejjija għall-pellegrinaġġ taċ-Ċentinarju mill-wasla fostna tal-Kurċifiss, u bi tħejjija għal-liturġija tal-Ġimgħa Mqaddsa li tasal fil-qofol biċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir.
- Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira: Bħalissa għaddejja ħidma organizzattiva kbira fit-tħejjija għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-parteċipanti jħejju ruħhom għal din il-purċissjoni u jwieġbu għal kull sejħa li ssirilhom. Kull min għandu xi diffikultà għandu javviċina malajr lill-membri tal-kumitat.
- Il-Via Sagra: Tqassam mar-raħal kollu l-ktejjeb bit-talba tal-Via Sagra. Ħafna nies għadhom igħidu ta’ kuljum kemm il-Via Sagra kif ukoll il-Via Matris. Inħeġġu lil kulħadd igħożż dawn id-devozzjonijiet għal żmien ir-Randan.
- Laqgħa ta’ Padre Pio: Għada t-Tnejn ser ikun hemm il-laqgħa ta’ Padre Pio fl-Oratorju tal-Passjoni fl-4.00pm.
- Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar fl-1 ta’ Marzu b’omelija dwar is-Sena tal-Fidi. Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria), fit-8.00pm. Ikun hemm ukoll il-possibiltà tal-Qrar minn kwarta qabel.
Offerti lill-Knisja Bażilika
N.N. għotja ta’ 50 siġġu lill-Knisja Bażilika.
Maries Portelli offriet €100 b’suffraġju ta’ żewġha Chris Portelli.
B’Wegħda lill-Bambina
N.N. ċurkett, katina u arloġġ tad-deheb.
N.N. ċurkett tad-deheb.
Matul din il-Ġimgħa:
It-Tnejn 4.00pm Grupp talb Padre Pio
It-Tnejn 8.00pm Kumitat Festa
L-Erbgħa 5.00pm Kumitat Liturġiku
Il-Ħamis 7.00pm Adorazzjoni Vokazzjonijiet
Il-Ġimgħa 9.00am Quddiesa Skola
Il-Ġimgħa 3.00pm Siegħa tad-duluri
Is-Sibt 7.30PM Kummissjoni Parrokkjali Familja