PARROĊĊA MARIJA BAMBINA
XAGĦRA – GĦAWDEX
4 -11-2012
NEMMEN: LI ALLA TKELLEM
Dan hu Alla tagħna, Alla li jaf jikkomunika mal-bniedem. Alla li tkellem permezz tal-profeti, u li fil-milja taż-żmien kellemna permezz ta’ Ibnu Ġesù. Illum aħna nafu li “il-Fidi Tiġi mis-Smigħ, u mis-Smigħ tal-Kelma t’Alla”. Matul din is-Sena tal-Fidi, il-parroċċa tagħna qed tagħmel proposta qawwija ta’ katekeżi għall-poplu kollu. Għażilna t-Tieni Ħamis tax-xahar bħala l-ġurnata li kull għaqda jew komunità tal-parroċċa, għandha tkun libera, sabiex in-nies tinġabar bħala “ġemgħa” u f’esperjenza ta’ Knisja tagħmel Mixja ta’ Fidi, biex niskopru mill-ġdid it-twemmin tagħna.
Tħallu xejn itellef il-ġid spiritwali li ser joħroġ minn din l-esperjenza…..Ħeġġu u Tħeġġu. Għaddu din l-istedina bil-kelma, b’SMS, u fuq il-Facebook. Tibżgħux twasslu l-messaġġ ta’ Ġesù.
Dawk li jattendu b’mod regulari għal din il-formazzjoni ser jingħataw tifkira fit-tmiem ta’ dawn il-katekeżi speċjali għas-Sena tal-Fidi. Dawk li jmexxu l-laqgħat jaraw li l-membri kollha jinġabru mar-Ragħaj tal-Parroċċa biex bil-Kelma u l-Ewkaristija niġġeddu fil-Fidi.
Programm:
7.00pm: Ftuħ tal-katekeżi. Talb ta’ tifħir lil Alla.
7.15pm: Xandir tal-kelma t’Alla u katekeżi “Liema Alla?” mill-Arċipriet Carmelo Refalo.
7.45pm: Adorazzjoni – Ewkaristika.
8.00pm: Insellmu lil Marija – il-Mara tal-Fidi.
It-tfal tad-duttrina ikellhom id-duttrina għalihom fis-7.00pm fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ, biex il-ġenituri u l-katekisti tat-tfal jattendu fil-knisja.
Ġenerożità Kbira
Ottubru huwa xahar missjunarju li fih ġejna msejħa sabiex nitolbu għall-Missjonijiet. Il-poplu fehem il-bżonn tat-talb u attenda bi ħġaru għat-talba tar-Rużarju ma’ Monsinjur Joe Allessandro, Isqof Koadjutur ta’ Garissa. Tlabna waqt it-Tridu bi tħejjija għal Jum il-Missjoni. Ma’ dawn wassalna l-offerti ġenerużi tagħna.
Ġbir fil-Bażilika: €1,419.24
Ġbir fin-Nazzarenu: € 290.00
Ġbir F’Sant Anton: € 183.34
Ġbir tal-Envelopes: €7,387.44
Total €9,280.02
Borża ta’ Studju biex tgħin saċerdot “San Ġorġ Preca”. Borża ta’ Studju biex tgħin saċerdot “Santa Ġemma Galgani”.
Kummissjoni Parrokkjali Żgħażagħ Xagħrin
F’Settembru li għadda, twaqqfet fix-Xagħra Kummissjoni Parrokkjali li tiġbor fi ħdanha rappreżentanti u Youth Leaders tal-gruppi adoloxxenti u żgħażagħ fi ħdan il-parroċċa tax-Xagħra. Din il-kummissjoni tiltaqa’ fl-ewwel Sibt tax-xahar u għandha l-għan li twassal lil Kristu Ħaj lill-ġenerazzjoni l-ġdida. Fost oħrajn inwasslu tagħrif dwar gruppi u laqgħat. F’April 2013 ser isir kors ta’ formazzjoni għal Youth Ministers(ġodda u qodma). Nagħtu “input” ġdid lill-post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. Dawk kollha li jixtiequ jgħinu jew jagħtu sehem, ikellmu lil Monica Theuma jew lil Isabelle Galea.
Banners b’Messaġġ – Sena tal-Fidi
Mal-faċċata tal-Knisja Bażilika ser jitwaħħlu Banners kbar bil-kelmiet “Ħienja inti li Emmint” u “Itfgħu ħarsitkom fuq Kristu”. Wieħed minn dawn il-Banners li ser jaraw eluf ta’ nies Maltin u barranin li jżuru l-Bażilika u lix-Xagħra, hu ddedikat lill-Papa Benedittu XVI, li xtaq din is-Sena tal-Fidi, u l-ieħor lill-Madonna, ikona ta’ Fidi għalina lkoll.
Agħtihom o Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem
Ġużepp Portelli u wliedu joffu €20 b’suffraġju tal-għażiża martu u ommhom Carmela Portelli.

