Dan il-post jinsab fl-oghla parti tar-rahal tax-Xaghra. Kien uzat bhala cimiterju madwar 4000 Q.K. minn nies li gew Malta u Ghawdex ghal din il-habta u li ghall-habta tas-sena 3600 Q.K. fasslu t-tempji megalitici (binjiet maghmula minn gebel kbir), bhalma huma dawk tal-Ggantija.
Dawk in-nies kienu l-ewwel fil-gzejjer Maltin li bdew jidfnu f’oqbra migbura hdejn xulxin bhal dawk li nstabu fuq ix-xaqliba tal-Mithna ta’ Kola fl-1972. Ghall-bidu kien hemm ghar naturali fil-post li llum jissejjah ix-Xaghra l-Kbira u meta dawn l-istess nies bnew il-Ggantija, bdew juzaw dan il-ghar bhala cimiterju. Minhabba li l-blat ma kienx tant iebes seta’ jitkabbar skond il-htigijiet taghhom. Ghalhekk ghall-habta tat-3000 u l-2500 Q.K., l-ghar kiber mhux hazin. Kien jintuza bhala cimiterju taht l-art (hypogeum) u ghalhekk saru fih dekorazzjonijiet b’gebel kbir tal-franka bhal speci t’ artali u kellhom jingarru fuq rombli tal-gebel (dakinhar ir-roti kienu ghadhom ma jafux bihom) aktarx mill-boghod.
Sa mis-seklu tmintax, ic-Cirku ta’ Brochtorff u t-tempji tal-Ggantija kienu jissemmew minn hafna vjaggjaturi Ewropej u hafna kienu l-vizitaturi barranin li kienu jigu jaraw il-Ggantija u mbaghad imorru jaraw ukoll dan il-post li kien imdawwar b’gebel kbir (ghalhekk Stone Circle). Aktarx illi dan ic-Cirku kien idur madwar post fejn kienu jsiru rtiwali, bhal speci ta’ talb. Ghal dan il-post kont tghaddi minn dahla bejn gebel kbir u tasal fuq ghatba tal-gebel u probabilment imbaghad tinzel b’tarag ghal go gherien naturali. Fin-nofs kien hemm artali maghmulin minn gebel kbir u vaska kbira tal-gebel. Il-hafna gherien u dahliet kienu mifruda minn xulxin b’hitan u blatiet.
L-gherien tac-Cirku ta’ Brochtorff kienet qatghathom in-natura permezz ta’ ilmijiet taht l-art eluf ta’ snin qabel ma kienu bdew jigu uzati bhala post tad-dfin. Wara mijiet ta’ snin li bdew jintuzaw, l-istrutturi bdew icedu u n-nies preistorici ippruvaw jirrinforzaw is-saqaf li kien niezel billi jwiznuh b’gebel kbir. Minkejja dan, izda, l-istruttura waqghet qabel is-sena 2000 qabel Kristu u ghattiet l-oqbra u l-artali tal-gebel. Difatti, meta bdew skavi ricentement, l-ewwel ma kellu jsir kien li jitnehhew bicciet kbar tas-saqaf li kienu ggarfu qabel ma bdew l-iskavi proprja.
Ghall-habta ta’ l-1820 Ghawdex kien immexxi mill-Kurunell John Otto Bayer li bejn l-1820 u l-1829 naddaf il-Ggantija minn materjal u gebel li kien ingabar fiha matul sekli shah, dar ghac-cirku u beda jhaffer f’nofsu ghall-ahhar tas-snin 1820. Meta sid il-ghalqa ntebah b’dan, haseb li kien hemm xi tezor u ghalhekk waqqaf lil Otto Bayer mix-xoghol ta’ thaffir biex ikompli jfittex hu. Izda meta sab li ma kien hemm xejn, ghatta t-toqba, kisser il-gebel kbir tac-cirku u bih bena maqjel fil-qrib, l-ghalqa wittiha u hawwilha bis-sigar. Ghalhekk ma kien fadal l-ebda hjiel li xi darba kien jezisti dan ic-cimiterju mdawwar b’cirku ta’ gebel kbir, ghalkemm it-pittur Charles Fredrick de Brochtorff fl-1825 hallielna akwaretti (pittura bit-watercolours) ta’ dan il-post meta kien qed jigi skavat minn John Otto Bayer (ghalhekk xi kultant dan ic-cirku jissejjah il-Brocktorff Circle). Kieku mhux ghal dawn il-pitturi, kieku forsi dan is-sit kien jintilef darba ghal dejjem.
F’Ottubru tal-1965, waqt lecture fil-Belt Valletta, is-Sur Joe Attard Tabone, iben ix-Xaghra u wiehed maghruf sew hawn Malta u kif ukoll barra minn Malta ghall-interess tieghu arkeologiku, specjalment dak li jirrigwardja x-Xaghra, indika li wara li studju li kien ghamel, sab il-post fejn kien jinsab dan ic-Cirku.
Meta, bejn l-1987 u l-1994, saru l-iskavi mill-Universita’ ta’ Bristol, f’dan il-post instabu hafna bicciet ta’ ghadam tan-nies migbur flimkien. Kien stmat li huwa ta’ madwar elf persuna. Maghhom instabu kwantita’ kbira ta’ fuhhar u numru ta’ statwetti, l-isbah wahda fosthom kienet tirraprezenta zewg figuri lebsin dublett bil-piegi. L-iskavi li saru s’issa huma biss parti minn progett internazzjonali li gabar flimkien arkeologisti u xjenzati minn hafna pajjizi u istituzzjonijiet, li joffru teknika arkeologika moderna bl-ahhar sviluppi xjentifici. Dan ix-xoghol mistenni jiehu bosta sninn billi ghal madwar sentejn isiru l-iskavi u mbaghad dak li jinstab jigi studjat u ezaminat fil-fond.