F’laqgha li saret nhar il-Gimgha 29 t’Ottubru 2004 giet imnedija Ghaqda gdida fix-Xaghra bl-isem ta’ “Ghaqda il-Milied fix-Xaghra”. Ix-Xaghra minn dejjem kienet maghrufa sew ghas-sehem kbir taghha fl-attivita’ principali ta’ zmien il-Milied, il-bini tal-Presepju. Din it-tradizzjoni zammet u kompliet tikber u tinfirex max-Xaghra kollha. Izda maz-zmien bdew dehlin attivitajiet u uzanzi ohra godda f’dan iz-zmien ta’ ferh u fix-Xaghra dawn ma damux ma sabu posthom.
Qed nirreferu ghall-kompetizzjonijiet, purcissjoni tal-Bambin, tqassim ta’ rigali minn Santa Claus fil-lejl tal-Milied, serati ghat-tfal, Kuncert tal-Milied, Carol singing u hafna attivitajiet ohra. Dan kollu wassal biex beda jinhass il-bzonn li jkun hemm xi hadd li jikkoordina kollox u ghalhekk nibtet l-idea ta’ ghaqda li tiehu hsieb dan.
L-“Ghaqda Il-Milied fix-Xaghra” ghalhekk ma nholqotx biex tiehu post dawk l-individwi u ghaqdiet li kienu qeghdin jorganizzaw dawn l-attivitajiet izda biex tikkoordina u tghin l-isforzi ta’ dawn kollha. Ghalhekk fl-Ghaqda gew mistiedna jiehdu sehem dirigenti ta’ Socjetajiet u ghaqdiet u dawk l-individwi li kienu jorganizaw xi attivita’ fi zmien il-Milied.. Sar hafna xoghol qabel issejhet l-ewwel laqgha formali fid-data msemmija hawn fuq.
L-ewwel inghata isem lill-Ghaqda u mbaghad gie ffurmat Kumitat Centrali. Bhala President gie maghzul iz-zghazugh Victor Agius. Barra li kien strumentali biex din l-ghaqda l-gdida tifforma ruhha, Victor huwa membru attiv fl-Ghaqda Hbieb tal-Presepju u ghal dawn l-ahhar snin bena presepju mekkaniku li rebah premijiet f’kompetizzjonijiet. Huwa wkoll artist zaghzugh u ghalliem ta’ 22 sena. Wara l-edukazzjoni post-sekondarja, kompla l-istudji tieghu fl-arti fl-Universita’ ta’ Malta fejn se jiggradwa fil-kors tal-B.Ed (Hons) fl-Arti u fl-Edukazzjoni Fizika f’Novembru. Segretarja giet maghzula Carmen Bajada, Tezorier lahaq Mark Bonello u Lawrence Camilleri nhatar PRO. Mons. Arcipriet huwa President Onorarju. Membri l-ohra huma, kif inghad, dirigenti jew ufficjali li jahdmu f’ghaqdiet fix-Xaghra bhal ma huma l-Ghaqda tal-Abbatini, The Guiding Light – min-Nazzarenu, il-Museum sew subien kif ukoll bniet, Azzjoni Kattolika, Banda Victory, il-Head tal-Iskola Primarja, u ohrajn. Il-laqghat isiru fic-Centru tal-Vokazzjonijiet immexxi mill-abbatini.
Kif seta’ jigi nnotat fl-ewwel laqgha li saret, din l-Ghaqda kien hemm bzonnha u kollox jindika li bl-entuzjazmu li jezisti fost il-membri din ghandha tkun success.