L-ewwel ghar mit-tnejn li nstab fix-Xaghra kien l-Ghar ta’ Ninu, gewwa dar privata fi Triq Jannar. Ha ismu mill-ghalqa fejn instab u li kienet gejja minghand ragel jismu Ninu. L-ghalqa ghaddiet ghand certu Guzeppi Rapa u li kien kixef l-ghar b’accident fl-1888. Dan ukoll kien maghruf ghal xi zmien bhala l-Ghar ta’ Carrat billi il-familja ta’ Guzepp kienet maghrufa bil-laqam Ta Carrat.
Fit-18 ta Marzu 1888, Guzeppi Rapa kien qieghed ihaffer spiera fl-ghalqa msemmija, izda billi sab hafna blat iebes, qata’ qalbu u waqaf mit-thaffir. Billi kien bla xoghol, bhal hafna rgiel ta’ dak iz-zmien emigra lejn Bona, l-Algerija, fl-Afrika ta’ Fuq, izda ma saddadx hemm ghax rega’ lura wara biss sitt xhur. Lura x-Xaghra, mill-gdid rega’ beda jhaffer u ma damx ma sab toqba. Haseb li x-xorti kienet ghenitu u beda jwessaghha sakemm seta’ jghaddi minnha. Izda xortih kienet ikbar milli haseb hu ghax hemm isfel tfaccat quddiemu xena ta’ gmiel kif taf taghmel biss in-natura. Sab ruhu mdawwar b’kolonni ta’ ilma jqattar mis-saqaf u li maz-zmien sar gebel trasparenti. Dawn huma stalaktiti u stalagmiti.
Dan il-ghar hu twil 24 metru u wiesa 18-il metru. F’nofs il-ghar hemm kolonna li fiha dijametru ta’ nofs metru u li qisha giet pogguta apposta biex is-¬saqaf tal-ghar ikun jista’ jistrieh fuqha. F’dan il-ghar bhal fl-ghar l-iehor, wiehed jista jara stalaktiti u stalagmiti ta’ ghamliet differenti, bicca forma ta labar irqaq u ohrajn ta’ annimali jew bnedmin. Probabbli li minhabba li l-ghar jibqa’ sejjer forsi taht djar ohra u proprjeta’ fl-inhawi, dan ma setax jigi mhaffer iktar ‘l gewwa. Triq gdida faccata ta’ l-ghar issemmiet ftit snin ilu ghal dan il-ghar, Triq l-Ghar ta’ Ninu.