Il-grotta ta’ Xerri instabet fl-1923, jigifieri 35
sena wara li nstab l-Ghar ta’ Ninu,
minn Guzeppi Xerri bin Toni meta dan
ukoll, bhal fil-kaz ta’ l-ghar
ta’ Ninu. kien qieghed ihaffer
spiera ghall-ilma fl-istess dar fejn
kienu joqoghdu. Waqt it-thaffir, infethet
toqba fuq genb ta’ l-ispiera li
rrizulta li kien ghar. Dak iz-zmien,
id-dar kienet fi sqaq dejjaq li kien
jghaqqad Triq Bullara ma’ Triq
Gnien Imrik, izda din id-dar kienet taghmel
ma l-ahhar triq. L-isqaq kien infetah
fi triq wiesa’ u li hadet isimha
mill-grotta u ssemmiet Triq il-Grotta
ta’ Xerri.
Wara li nstab l-ghar,
Toni Xerri u wliedu hasbu biex ikomplu
jhaffru l-isfel u jwessghu izjed u
dan kwazi kien wassal ghal tragedja.
Gurnata wahda, wiehed minn ulied Toni
nizel bil-mohbi ta’ kulhadd b’kaxxa
sulfarini f’idu biex jara sew
x’kien hemm. Il-kaxxa waqghetlu
u fid-dlam ma setax isibha u l-anqas
seta jara l-bokka ta’ l-ghar
biex johrog minnha. Meta ndunaw li
kien nieqes, tad-dar bdew ifittxuh
u kien biss l-ghada fil-ghodu li fettxewh
gewwa l-ghar fejn kien qatta’ l-lejl.
Dan it-tifel kien spicca lahaq sacerdot
u kien wiehed mill-Kanonci tal-Kollegjata.
Biex tilhaq l-ghar
jehtieg tinzel minn garigor dejjaq
ta’ sitta u tletin targa. Kif
tasal issib jilqghuk eluf ta’ stalaktiti
u stalagmiti. Dawl elettriku huwa effettiv
hafna wiehed jista’ jara it-trasparenza
fil-gebla.
|