Jekk
wiehed jimxi minn passagg fir-raba' minn
Ghajn Lukin, jasal fuq post maghruf bhala
Santa Verna. Hawnhekk insibu fdalijiet
strutturali msejha Ta' Santa Verna. Dan
huwa tempju neolitiku iehor fix-Xaghra
li nstab fl-1911 u gie mikxuf sewwa fl-1912.
Illum kull ma jidher minnu hu xi blokki
kbar tal-gebel ghax biz-zmien rega' gie
mghotti bit-terrapien.
Fost l-oggetti li nstabu
f'dan il-post u li huma sbieh hafna nsibu
znied, zibeg, skieken, u borom li huma ta'
3400 sena qabel Kristu u li fl-ebda post
iehor Malta jew Ghawdex ma nstabu bhalhom.
Meta dan il-post gie mikxuf dehru hames partijiet
li kien fihom speci
ta' kwiener, fdal ta' l-ikel, irmied u borom
li kollha juru li kienu ta' Zmien il-Hagar.
Instab ukoll xi ghadam ta' nies u skeletri
li regghu gew midfuna f ‘post li jidher
li kien speci ta' cimiterju.
Milli
jidher, niesna tal-qedem ghazlu dan il-post
minhabba li minn hemm wiehed kien jista'
jara parti kbira tal-gzira ta' Ghawdex u
anke l-bahar Mediterran li jdawwarha..
Barra minn dan it-tempju,
nafu wkoll mill-istorja li l-familja Novarra,
wahda minn fost il-familji nobbli li kienu
ghazlu ir-rahal tax-Xaghra bhala l-post ta'
villeggjatura. Is-Sur Ugolino Novarra, Ghawdxi
imma ta' origini Sqalli, fis-sena 1265 bena
kappella vicin il-fdalijiet tat-tempju li
kien iddedikat lill-allat foloz. Il-kappella
iddedikaha lil Santa Verna, qaddisa ferm
meqjuma f'Acireale, Sqallija. Probabbli li
l-inhawi hadu isimhom minn din il-kappella.
|