Meta
wiehed isemmi r-Ramla l-Hamra generalment
ikun qed jirreferi ghal dik il-bajja
bir-ramel kulur id-deheb. Izda zgur ftit
jafu, l-aktar il-poplu tax-Xaghra, li
dan hu l-uniku post fil-gzejjer Maltin
fejn wiehed isib postijiet u affarijiet
ambjentali, postijiet arkeologici, u
sahansitra postijiet storici proprju
fil-hajja u fix-xtajta taghha.
Hekk kif wiehed jibda jaqra dan l-artiklu,
bla dubju tigih il-mistoqsija, fejn u x'tip
ta' postijiet hemm fir-Ramla minbarra r-ramel
dehbi li bih ir-Ramla l-Hamra hija maghrufa
mhux biss min-nies taghna tal-lokal izda
anke mit-turisti li jzuruna fis-sajf.
Hlejjaq Ambjentali
Qrib il-bajja, wiehed jiitaqa' ma' sigar
tal-bruk. Dawn is-sigar jissaportu n-nixfa
u I-imluha. L-gheruq taghhom jixorbu l-melh
u biex is-sigra tehles minnu, tarmieh mill-weraq
fejn jinfhall fin-nida ta' bil-lejl u jqattar
ghal ma' l-art. Ir-Ramla hi wahda mill-aktar
postijiet importanti f'pajjizna ghax insibu
fiha ambjent uniku, dak ta’ l-Gharam
Ramel, li bl-Ingliz jissejjah Sand Dunes.
Dan it-tip ta' ambjent prattikament gheb
minn fuq wicc il-gzejjer taghna, minhabba
l-izvilupp tax-xtajtiet ramlin. Dawn kienu
l-Ghadira, l-Armier, ir-Ramla tat-Torri u
r-Ramla tal-Bir, li nqerdu ghal kollox.
Dawn
il-bajjiet jinsabu f'Malta. L-gharam
tar-ramel jikkonsisti f'gholjiet
zghar tar-ramel li huma mizmumin
milli jtiru bir-rih jew jingarru
bix-xita permezz ta' l-gheruq
ta' pjanti specjalment li mhux
talli kapaci jitkattru fir-ramel,
izda jissaportu l-imluha wkoll.
Dawn l-gholjiet zghar tar-ramel
jinstabu wara l-istatwa f'nofs
il-bajja.
Insibu pjanti tipici bhall-Pankrazju, li jaghmel ward kbir abjad u jiftah
matul is-sajf. ll-weraq tieghu huma tawwalin, qishom zigarella u jitghawgu
bhal trabuxu. Bosta pjanti li nqerdu f'Malta illum jinsabu f'din il-bajja
biss, fosthom it-Tenghud tar-Ramel, il-Busbies Xewwieki tar-Ramel u z-Zunnarija
tar-Ramel. Niltaqghu wkoll ma' l-ahjar popolazzjoni tal-bardi tar-Ramel
u l-Kubrita Nana. Mill-annimali rari, il-post m'huwiex nieqes. B'hekk
insibu bl-iktar numru lill-Bebbuxu tar-Ramel, hlejqa li kwazi ghebet
ghal kollox. Erba' speci ta' znazan, hames speci ta' hanfus, speci ta'
nemel u speci ta' bahrija (li tiekol il-Pankrazju) jghammru biss f'dan
il-lok.
FI-Gharam
jaghmel il-bejta tieghu I-Grillu
tar-Ramel li wkoll jinstab hawn
biss fl-Ewropa kollha. Xorti
hazina messet lill-Qassab tar-Ramel,
li nqered kompletament mill-gzejjer
Maltin. Tfixkil fl-ambjent tar-Ramla
matul is-snin wassal biex il-fekruna
tal-bahar ma tbidx aktar hemm.
Sal-biduta'dan is-seklu, ir-Ramla
l-Hamra kienet darba lokal fejn
kienet tbid il-Fekruna tal-Mediterran.
Hija hasra
li m'ghandna ebda pjanijet biex nergghu nintroducu ghal darba ohra dawn
il-fkieren. M'hemm l-ebda dubju li t-telfa ta' dan il-lokal ta' trawwim
tal-fkieren hija telfa mhux ghalina biss, izda ghall-Mediterran kollu.
Karatteristika ohra hi li r-Ramla l-Hamra
hija wahda mill-ftit xtajtiet fil-Mediterran
fejn it-tafal ma jibqax niezel sa xifer l-ilma.
Wiehed jista' jinnota li l-irdum tat-tafal
jibqa' niezel sa xifer l-ilma. Wiehed jista'
jinnota l-irdum tat-tfal in-naha tax-Xaghra.
Raguni ohra morfologika 'I ghaliex ghandha
tigi mharsa din il-bajja.
Folklor u Tradlzzjoni
Generalment meta wiehed isemmi bajja, f'mohhu
jahseb ghawm, jew sport assocjat mal-bahar.
Anke dan issibu fil-hajja tar-Ramla, izda
minbarra dan, fl-istess bajja wiehed seta'
jinnota li l-folklor u t-tradizzjonijiet
taghna l-Ghawdxin, li tant ahna maghrufa
ghalih, li sfortunatament qed jispiccaw bil-mod
il-mod fid-dinja mghaggla tal-lum.
Niftakar meta kont zghir, ommi kienet tehodna l-bahar u waqt li konna
nghumu kienet tahsel ix-xkejjer tas-suf tan-naghag fl-ilma baxx tal-bajja.
Drawwa ohra folkloristika li nqatghet maz-zmien hi li l-irgiel kienu
jinzlu bil-btiehi vojta ta' l-inbid, jimlewhom bl-ilma bahar, ihallu
l-btieti fuq ir-ramel, sabiex l-injam taghhom jismen.
Post ta' Refugju
Izda wiehed jistaqsi kif il-bajja tista'
sservi bhala refugju, iktar milli wiehed
jista' jimtedd fuq ir-ramel sabiex jixxemmex.
Metal-lnglizi hadu l-gzejjer Maltin, wara
l-hakma qasira tal-Francizi, li damu biss
sentejn (1798 -1800), b'talba tal-Maltin
l-lnglizi gew fl-1800. Izda ufficjalment
hadu l-gzejjer Maltin taht il-Kuruna Brittanika
fl-20 ta' Mejju 1814 permezz ta' Trattat
ta' Parigi.
FI-1813 hakmet il-pesta b'mod ahrax hafna lil Malta, fejn halliet mijiet
ta' vittmi. Il-pesta hakmet f 'Ghawdex lir-rahal tax-Xaghra biss. Hakmet
b'mod . ahrax bejn is-17 ta' Marzu u s-26 ta' Lulju 1814, u halliet 104
vittmi, fosthom il-Kappillan Dun Vincenz Cauchi, li dan serva lill-Parrocca
tax-Xaghra ghal 54 sena, l-iktar kappillan li dam iservi. Dun Vincenz
miet fis-27 ta'April 1814.
Bejn Lulju u Settembru ta' l-istess sena, meta l-pesta bdiett batti xi
flit mir-rahal, il-vittmi (l-infettati) li kienu jorqdu fit-tined taht
is-sies ta' Ghajn Lukin, l-lnglizi taw ordni biex l-istess infettati
jittiehdu f 'kampijiet imferrxa fuq ir-ramei tal-bajja tar-Ramla halli
jkunu jistghu jinzlu ta' spiss fl-ilma bahar. Li kieku l-lnglizi ma hadux
il-prekawzjonijiet mehtiega
u ccirkondaw lir-rahal tax-Xaghra taht kura kontinwa, zgur li l-pesta
kienet tinfirex f'zoni ohra f'Gnawdex, fejn kienu jmutu aktar nies.
(Raymond Mifsud)
(1) Ix-Xaghra, Vol. 7 wo 23. 1988.
(2) L-Ghejjun wo 2. Lulju-Settembru 1989.
(3) It-Torca 9 ta'Lulju 1995.
(5) Il-Mument 18 ta'Frar 1996.
(5) Times 15 ta'Gunju 1997.
(6) Orizzont 25 ta'Awissu 1997.
IL-VILLA RUMANA
Ir-rahal
tax-Xaghra kien ukoll intgharaf mir-Rumani
(li hakmu l-gzejjer Maltin bejn l-218
q.K. u l-535 w.K.) ghas-sbuhija naturali
tieghu tant li kienu bnew villa fil-bajja
pittoreska tar-Ramla, villa li serviet bhala
post ta' serhan u ta' villegjatura.
Dawn bnewha fuq in-naha
tax-Xaghra, qrib hafna tax-xtajta, u tikkonsisti
f'19-il kamra b'kollox. Din kienet tikkonsisti
f'dawn il-kmamar kollha, ghax fiha ma kienx
joqghod xi wiehed komuni, izda kien xi gvernatur
jew xi sinjur Ruman, u peress li kien bniedem
ta' certa mportanza, kien mehtieg li l-villa
tkun ta'certu kobor biex tilqa' fiha wkoll
il-qaddejja u s-suldati..
Il-kmamar kellhom dekorazzjonijiet
ta' l-art differenti. Id-disinn ta' l-irham
u l-muzajk kienu differenti minn xulxin,
uhud mill-kmamar kienu konnessi u maghquda
ma xulxin, u ohrajn le. Kull passagg fil-villa
kien iccangjat b'muzajk iddisinjat.
F'din il-villa nsibu li
kien hemm kmamar:
- ta' abitazzjoni ghall-mistednin,
imsejha Apodetura;
- kamra ohra kellha banju
ta' l-ilma kiesah, u dan allura kien jissejjah
Frigidarium;
- kamra ohra fejn l-ilma
kien ikun fietel u fejn wiehed seta' jiehu
banju shun u din kienet tissejjah Tepidarium.
Din l-istess kamra kienet maghrufa wkoll
bhala Sudarium, fejn in-nies kienu joqoghdu
fis-shana tal-fwawar
- kamra ohra mportanti f'din
il-villa hi l-Calidarium. Din il-kamra kienu
jibnuha fuq diversi arkati li kienu jzommu
l-art tal-kamra sserrah fuqhom. Dan minhabba
li hawnhekk kien ikun hawn in-nar jaghti
taht l-art, filwaqt li l-ilma li jkun ghaddej
minn hemm ikun qieghed jissahhan. B'hekk
wiehed seta' jiehu banju shun.
Biex titnaddaf il-villa
kollha u jimtlew il-banjijiet, kien ikun
hemm bzonn ta' hafna ilma kontinwu. Dan kien
jingieb minn ghejun ta' ilma gieri, li fix-Xaghra
insibu bosta minnhom anke . L-ilma kien jitwassal
permezz ta' kanali tal-gebel, jintefa' fi
hwat u gandotti, u f'sezzjonijiet tal-villa
kien hemm pajpijiet tac-comb.
Minn hdejn l-Ghar ta' Calypso,
iwassal sal-Villa Rumana wiehed isib passagg
mibni mill-gebel maskan li aktarx kien mibni
dawk iz-zminijiet.
Mal-medda tas-snin, kemm
minhabba li din il-villa kienet abbandunata
kif ukoll ghax il-bahar tella' hafna tafal,
il-villa giet mirduma. Kien fl-1910-1911,
meta xi bdiewa kienu qeghdin ihaffru hdejn
fortizza mibnija mill-Kavalieri skond il-pjanta
ta' l-inginier De Mondion li ntebhu li kien
hemm xi bini mirdum. Meta l-Arkeologu Malti
Sir Temi Zammit naddaf iz-zona mir-ramel
u t-tafal deher car li mhux biss hemm fdalijiet
ta' bini antik, izda li kien hemm bini mdaqqas
ta' certu kobor. Meta raw dak il-fuhhar,
garar kbar ghall-hazna taz-zejt u ta' l-ilma,
muzajk, irham u statwi, bqaghu mistghagba.
Sfortunatament izda bdew jisirqu u jkissru
dak li raw u sabu.
Meta Sir Temi Zammit ra
dan it-tkissir u s-serq, rega' radam kollox
mill-gdid taht ir-ramel fi zmien qasir. Ix-xoghol
kollu li ha, intradam fi ftit minuti, u l-fdalijiet
tal-Villa Rumana ghadhom hemm sal-lum, joholmu
fis-sbuhija u l-kwiet ta' madwarhom.
FORTIFIKAZZJONIJIET
FIR-RAMLA
Il-bajja
tar-Ramla minn dejjem kienet imfittxija mill-furbani
u mit-torok biex jinzlu bl-armata taghhom
ghal xi hbit fuq Ghawdex billi din kienet
kollha ramel u ghalhekk facli biex wiehed
jinzel fuq l-art. Minhabba f'hekk, il-Kavallieri
hasbu biex jipprotegu l-bajja billi jibnu
numru ta' batteriji (post fejn kienet issir
l-ghassa u kontr'attakki).
Fuq in-naha tax-Xaghra,
ghad hemm jidhru l-fdalijiet ta' batterija.
Din kienet inbniet fuq il-pjanta tal-ingienier
Francois De Mondion, fis-sena 1722. Illum
minn din il-batterija ghad fadal ftit fdalijiet
li jaghtuna idea vaga ta' kif kienet originarjament.
Kanuni minn din il-batterija kienu spiccaw
fil-bahar u billi kienu tal-hadid kienu saddu
u minkejja li uhud minnhom ittellghu, mid-dehra
ma setghux jigu restawrati.
Il-Fugass
Bazikament
48 fugass kien mahsub li jigu
mhaffra fil-blat matul il-kosta
ta' Malta, f post li l-gebel
tal-fugass jaqa' fid-dahliet
tal-bajjiet. Wiehed ma jridx
jimmagina li l-fugass ma kienx
ser ihalli li jsir xi zbark fil-bajjiet,
izda certament b'dawk id-dghajjes
tal-ghadu f numru kbir mhaxxkna
ma' xulxin, fid-dhul tal-bajjiet
Ramlin, il-gebel li kien jinzel
mill-gholi b'sahha kbira, kien
johloq feriment u dizordni kbira
lill-ghadu. Il-Fugass kien speci
ta' kanun maqtugh fil-blat. Hija
nvenzjoni tremenda, tant li sahansitra 1-istoriku
Ghawdxi, Gian Piet Aguis de Soldanis,
jistqarr li dawn il-fugassi gew
inventati mill-Inginier Taljan,
Marandon fl-1740. Frangisk Marandon
gie Malta f Jannar tal-1727,
bhala t-tieni inginier tal-Ordni,
flok Charles Francois de Montdion,
u mal-mewt ta' De Montdion f
Dicembru tal-1743, lahaq l-ingenier
ewlieni u residenti tal-Ordni.
Izda kif diga rajna, sas-sena
1715, il-Fugass kien diga nventat,
snin qabel ma gie f'Malta.
|