L-ewwel ghar mit-tnejn li nstab fix-Xaghra kien l-Ghar ta’ Ninu,
gewwa dar privata fi Triq Jannar. Ha
ismu mill-ghalqa fejn instab u li kienet
gejja minghand ragel jismu Ninu. L-ghalqa
ghaddiet ghand certu Guzeppi Rapa u li
kien kixef l-ghar b’accident fl-1888.
Dan ukoll kien maghruf ghal xi zmien
bhala l-Ghar ta’ Carrat billi il-familja
ta’ Guzepp kienet maghrufa bil-laqam
Ta Carrat.
Fit-18 ta Marzu 1888,
Guzeppi Rapa kien qieghed ihaffer spiera
fl-ghalqa msemmija, izda billi sab
hafna blat iebes, qata’ qalbu
u waqaf mit-thaffir. Billi kien bla
xoghol, bhal hafna rgiel ta’ dak
iz-zmien emigra lejn Bona, l-Algerija,
fl-Afrika ta’ Fuq, izda ma saddadx
hemm ghax rega’ lura wara biss
sitt xhur. Lura x-Xaghra, mill-gdid
rega’ beda jhaffer u ma damx
ma sab toqba. Haseb li x-xorti kienet
ghenitu u beda jwessaghha sakemm seta’ jghaddi
minnha. Izda xortih kienet ikbar milli
haseb hu ghax hemm isfel tfaccat quddiemu
xena ta’ gmiel kif taf taghmel
biss in-natura. Sab ruhu mdawwar b’kolonni
ta’ ilma jqattar mis-saqaf u
li maz-zmien sar gebel trasparenti.
Dawn huma stalaktiti u stalagmiti.
Dan il-ghar hu twil
24 metru u wiesa 18-il metru. F’nofs
il-ghar hemm kolonna li fiha dijametru
ta’ nofs metru u li qisha giet
pogguta apposta biex is-¬saqaf
tal-ghar ikun jista’ jistrieh
fuqha. F’dan il-ghar bhal fl-ghar
l-iehor, wiehed jista jara stalaktiti
u stalagmiti ta’ ghamliet differenti,
bicca forma ta labar irqaq u ohrajn
ta’ annimali jew bnedmin. Probabbli
li minhabba li l-ghar jibqa’ sejjer
forsi taht djar ohra u proprjeta’ fl-inhawi,
dan ma setax jigi mhaffer iktar ‘l
gewwa. Triq gdida faccata ta’ l-ghar
issemmiet ftit snin ilu ghal dan il-ghar,
Triq l-Ghar ta’ Ninu.
|