Meta wiehed jasal fil-Bajja tar-Ramla jew
ihares lejha minn fuq is-sisien li
jinsabu fuq kull naha taghha, l-ewwel
ma tolqotlu l-ghajn hija statwa bajda
tal-Madonna fuq pedestal gholi f’nofs
ix-xtajta b’ramel dehbi. Din
hija ddedikata lill-Madonna ta’ l-Isperanza.
Qeghda thares lejn il-bahar u fuq idha
tidher qed izzomm il-Bambin ckejken.
Min ghamilha kellu f’mohhu dawk
l-irgiel li kienu jbahhru u hafna drabi
jinqabdu f’xi maltempata, ghalhekk
allura taha l-isem Madonna ta’ l-Isperanza,
ghaliex il-bahhara kienu jittamaw u
jisperaw fil-hniena tal-Madonna li
ssalvahom mill-gharqa meta jinqabdu
fil-maltemp.
Kif jidher minn tabella li tinsab f’nofs
il-pedistal, dan ir-ragel kien certu Ganni
Gauci li kien pulizija ghassa max-xtut
u stazzjonat ir-Ramla, u kien ghamilha
fis-sena 1881. Il-pedistal inbena minn
gebel li tnehha aktarx mit-trunciera fil-qrib.
Fl-1954, Sena Marjana, b’digriet
ta’ Mons Isqof Giuseppi Pace, inghatat
100 gurnata Indulgenza lil min jirrecita
s-Salve Regina quddiem ix-xbiha tal-Madonna
tar-Ramla.
Biex jizboghha kien imqabbad Mikelang
Apap, illum Monsinjur u Kanonku tal-Bazilika
Marija Bambina tax-Xaghra. Billi qeghda
vicin sew tal-bahar, mhux sena jew tnejn
giet mizbugha izda ta’ sikwit. Sena
minnhom, Dun Mikelang Apap induna li taht
il-qoxra taz-zebgha kien hemm gebel mikul
bil-melh. Kellem dwar dan lil Frangisk
Gauci, iben l-imsemmi Ganni Gauci u li
kien jiehu hsiebha. Fuq talba ta’ dan,
Dun Mikelang ikkuntattja lill-iskultur
Ghawdxi Wistin Camilleri biex jara kemm
kienet tqum kieku kellha ssir statwa bhal
dik li kien hemm, imma minflok tal-gebel,
tkun tas-siment. Wistin kien semma’ mal-erbghin
lira, somma kbira dak in-nhar izda Frangisku
kien determinat li jaghmliha u accetta
li jaghmel tajjeb ghall-ispiza. Hekk fl-1965
tnehhiet l-istatwa mmermra u minflokha
tpoggiet replika taghha maghmula fis-siment.
Din il-Madonna laqtet mhux biss il-ghajn
u l-pinzell ta’ Dun Mikelang Apap
izda wkoll laqtitu fil-muza moghnija tieghu
tant li sena wara, fl-1966, iddedikalha
poezija helwa kif tidher hawn taht.
LILL-MADONNA TAR-RAMLA L-HAMRA
XAGHRA GHAWDEX
Bi
hsiebi sikwit jien nittajjar
Quddiemek Marija Regina
Fis-sikta ta’ xtajta Ramlija
Fejn qeghda tirrenja hanina
U meta f’ghajnejk jien inhares
Niftakar dak kollu l’int rajt
Niftakar fil-ghajnuna mehtiega
Bhal omm lil uliedek int tajt
Kemm
drabi Marija madwarek
Rajt jaqbzu tal-bahar l-gholjiet
Fejn int bhal ibnek fid-dghajsa
Sikkitthom, u qeghdthom fil-kwiet
Nisthajlek rajt l-igfna tal-ghadu
Bhal dari max-xtajta resqin
X’hin b’harstek qawwija harrabthom
Lejn arthom imreghxa hatjin
Illum
inti wkoll qeghda tara
Tempesti li jinbtu fl-imhuh
Misruha mal-plajja tar-ramel
B’semm qawwi li joqtol ir-ruh
U bl-ankra li ghandek taht drieghek
Lid-dghajjef ghajnuna taghtih
Ghax inti kull tama tal-bniedem
Li jitlob biex taqbez ghalih
Wisq
drabi jien rajtek Marija
Imdawra mill-kbar u miz-zghar
Itennu bil-qalb it-tislima
Ta’ l-Anglu li gieblek l-ahbar
Met’ibnek ferriehi fuq drieghek
Berikhom kull darba li gew
Biex jergghu ifahhru lil ommu
Marija, w’omm taghna tassew
U
jekk forsi l-qilla tax-xtiewi
Jew shana qalila sajfija
Sellum smajt ihabbat bil-heffa
Biex jixghel il-lampa mitfija
Bi hsiebi nittajjar madwarek
Bhal nahla mal-gilju fil-gnien
Biex l-ghasel tal-hlewwa ta’ mhabbtek
Ifejjaq il-mirra taz-zmien
Rajt sigar qed jinbtu madwarek
Jixjiehu imutu maz-zmien
Rajt halel ta’ ramel jinbidlu
Rajt jaqghu ukoll is-sisien
Hekk rajtna wkoll lilna Marija
Mic-cokon nixjiehu kull jum
Rajt qtajja jinbidlu f’nies godda
Rajt jaqghu ta’ zmienhom mitmum
Izd’inti Rebbieha Sultana
Bqajt dejjem issaltan qawwija
Ghalkemm bosta snin ghaddew fuqek
Kemm ilek fix-xtajta Ramlija
X’imhabba lejk kellu dal-flejjen
Li qeghdek hemm fuq bl-oghla qima
Biex meta minn hawn xi hadd jghaddi
Iroddlok minn qalbu tislima
Hallini Marija nittajjar
Fi hsiebi madwarek hanina
Sabiex insellimlek bhal dari
B’tislima ta’ Salve Regina
Mons M’Ang Apap 1966
|