Dan
il-post jinsab fl-oghla parti tar-rahal
tax-Xaghra. Kien uzat bhala cimiterju
madwar 4000 Q.K. minn nies li gew Malta
u Ghawdex ghal din il-habta u li ghall-habta
tas-sena 3600 Q.K. fasslu t-tempji megalitici
(binjiet maghmula minn gebel kbir), bhalma
huma dawk tal-Ggantija.
Dawk in-nies
kienu l-ewwel fil-gzejjer Maltin li bdew
jidfnu f'oqbra migbura hdejn xulxin bhal
dawk li nstabu fuq ix-xaqliba tal-Mithna
ta' Kola fl-1972. Ghall-bidu kien hemm ghar
naturali fil-post li llum jissejjah ix-Xaghra
l-Kbira u meta dawn l-istess nies bnew il-Ggantija,
bdew juzaw dan il-ghar bhala cimiterju. Minhabba
li l-blat ma kienx tant iebes seta' jitkabbar
skond il-htigijiet taghhom. Ghalhekk ghall-habta tat-3000
u l-2500 Q.K., l-ghar kiber mhux hazin. Kien
jintuza bhala cimiterju taht l-art (hypogeum)
u ghalhekk saru fih dekorazzjonijiet b'gebel
kbir tal-franka bhal speci t' artali u kellhom
jingarru fuq rombli tal-gebel (dakinhar ir-roti
kienu ghadhom ma jafux bihom) aktarx mill-boghod.
Sa mis-seklu
tmintax, ic-Cirku ta' Brochtorff u t-tempji
tal-Ggantija kienu jissemmew minn hafna vjaggjaturi
Ewropej u hafna kienu l-vizitaturi barranin
li kienu jigu jaraw il-Ggantija u mbaghad
imorru jaraw ukoll dan il-post li kien imdawwar
b'gebel kbir (ghalhekk Stone Circle). Aktarx
illi dan ic-Cirku kien idur madwar post fejn
kienu jsiru rtiwali, bhal speci ta' talb.
Ghal dan il-post kont tghaddi minn dahla bejn
gebel kbir u tasal fuq ghatba tal-gebel u
probabilment imbaghad tinzel b'tarag ghal
go gherien naturali. Fin-nofs kien hemm artali
maghmulin minn gebel kbir u vaska kbira tal-gebel.
Il-hafna gherien u dahliet kienu mifruda
minn xulxin b'hitan u blatiet.
L-gherien tac-Cirku
ta' Brochtorff kienet qatghathom in-natura
permezz ta' ilmijiet taht l-art eluf ta'
snin qabel ma kienu bdew jigu uzati bhala
post tad-dfin. Wara mijiet ta' snin li bdew
jintuzaw, l-istrutturi bdew icedu u n-nies
preistorici ippruvaw jirrinforzaw is-saqaf
li kien niezel billi jwiznuh b'gebel kbir.
Minkejja dan, izda, l-istruttura waqghet
qabel is-sena 2000 qabel Kristu u ghattiet
l-oqbra u l-artali tal-gebel. Difatti, meta
bdew skavi ricentement, l-ewwel ma kellu
jsir kien li jitnehhew bicciet kbar tas-saqaf
li kienu ggarfu qabel ma bdew l-iskavi proprja.
Ghall-habta
ta' l-1820 Ghawdex kien immexxi mill-Kurunell
John Otto Bayer li bejn l-1820 u l-1829 naddaf
il-Ggantija minn materjal u gebel li kien
ingabar fiha matul sekli shah, dar ghac-cirku
u beda jhaffer f'nofsu ghall-ahhar tas-snin
1820. Meta sid il-ghalqa ntebah b'dan, haseb
li kien hemm xi tezor u ghalhekk waqqaf lil
Otto Bayer mix-xoghol ta' thaffir biex ikompli
jfittex hu. Izda meta sab li ma kien hemm xejn,
ghatta t-toqba, kisser il-gebel kbir tac-cirku
u bih bena maqjel fil-qrib, l-ghalqa wittiha
u hawwilha bis-sigar. Ghalhekk ma kien fadal
l-ebda hjiel li xi darba kien jezisti dan
ic-cimiterju mdawwar b'cirku ta' gebel kbir,
ghalkemm it-pittur Charles Fredrick de Brochtorff
fl-1825 hallielna akwaretti (pittura bit-watercolours)
ta' dan il-post meta kien qed jigi skavat
minn John Otto Bayer (ghalhekk xi kultant dan
ic-cirku jissejjah il-Brocktorff Circle).
Kieku mhux ghal dawn il-pitturi, kieku forsi
dan is-sit kien jintilef darba ghal dejjem.
F'Ottubru
tal-1965, waqt lecture fil-Belt Valletta,
is-Sur Joe Attard Tabone, iben ix-Xaghra
u wiehed maghruf sew hawn Malta u kif ukoll
barra minn Malta ghall-interess tieghu arkeologiku,
specjalment dak li jirrigwardja x-Xaghra,
indika li wara li studju li kien ghamel,
sab il-post fejn kien jinsab dan ic-Cirku.
Meta, bejn
l-1987 u l-1994, saru l-iskavi mill-Universita'
ta' Bristol, f'dan il-post instabu hafna
bicciet ta' ghadam tan-nies migbur flimkien.
Kien stmat li huwa ta' madwar elf persuna.
Maghhom instabu kwantita' kbira ta' fuhhar
u numru ta' statwetti, l-isbah wahda fosthom
kienet tirraprezenta zewg figuri lebsin dublett
bil-piegi. L-iskavi li saru s'issa huma biss
parti minn progett internazzjonali li gabar
flimkien arkeologisti u xjenzati minn hafna
pajjizi u istituzzjonijiet, li joffru teknika
arkeologika moderna bl-ahhar sviluppi xjentifici.
Dan ix-xoghol mistenni jiehu bosta sninn
billi ghal madwar sentejn isiru l-iskavi
u mbaghad dak li jinstab jigi studjat u ezaminat
fil-fond.
|