Il-fdalijiet
li nsibu fil-Ggantija huma ta' zewg tempji,
wiehed ikbar mill-iehor, imissu ma' xulxin.
Hu mahsub li dawn it-tempji qatt ma kienu
mirduma ghal kollox bhal nghidu ahna
l-fdalijiet tat-tempji ta' Hal Tarxien.
Dan minhabba l-fatt li nsibu indikazzjonijiet
li n-nies ta' l-inhawi mhux biss kienu
jafu bihom, izda kienu wkoll bnew leggendi
dwarhom, jigifieri “Ggantija” turi
li missirijietna kienu jsostnu li kien
tempju nibni minn nies b'sahha ta' ggant.
Min qatt ma sema' bl-istejjer
ta' dik il-mara li kienet iggorr il-gebel
wehidha? Jew inkella tiekol biss ful, biex
ikollha dik is-sahha kollha? Sahansitra,
anki l-post fejn kienet tistrieh wara gurnata
xoghol, ghadu jigi indikat.
L-ewwel darba li jissemmew
dawn il-postijiet huwa fis-seklu tmintax.
Ghalkemm il-Kommendatur Gian Frangisk Abela
kien kiteb l-istorja tal-gzejjer Maltin,
u jsemmi wkoll diversi postijiet fejn kienu
jinsabu fdalijiet li jixbhu lil dawn tal-Ggantija,
il-fdalijiet proprja Ghawdxin ma kienx isemmihom
b'isimhom.
Kien imbaghad Ciantar, meta
kiteb il-ktieb tieghu halli jzid ma' dak
li kien kiteb Abela qablu, li l-fdalijiet
tal-Ggantija jissemmew prattikament minn
kull arkeologu, storiku u persuni ohra li
kitbu dwar l-istorja tal-gzejjer Maltin.
Jekk
wiehed jaghti harsa lejn l-ewwel stampi li
bdew jidhru ta' dan il-post malajr naraw
li mhux ta' b'xejn kien hemm interess enormi
minn kull min kien japprezza dawn it-tip
ta' fdalijiet. Hu mahsub li l-ewwel darba
li l-fdalijiet tal-Ggantija kienu ghall-wiri
kien fis-sena 1787.
Dawn il-veduti kienu maghmula
minn Jean Houel, vjagjatur li kien ghamel
zjara fil-gzejjer taghna. Ghalhekk meta kien
kiteb dwar il-vjaggi tieghu kien zejjen l-istess
deskrizzjonijiet billi haseb li jpoggi wkoll
diversi disinji li kien ghamel hu stess.
Kien imbaghad fis-sena 1804, meta kienu dehru
veduti ta' dawn il-fdalijiet f'Londra, veduti
li kienu maghmula minn Robinson.
Dawn il-fdalijiet kienu
gew moghtija l-isem tat-Torri ta' l-Gganti,
u minhabba li poggew ukoll figuri umani magenb
l-istess fdalijiet, allura wiehed mill-ewwel
kienu jiehu l-impressjoni tal-kobor taghhom.
Wiehed jahseb li kienu dawn l-istess stampi,
li mbaghad bdew jintuzaw minn diversi kittieba
ohra, li bdew jaghtu l-idea tal-kobor ta'
dawn il-postijiet, u fl-istess hin iqajmu
interess dwarhom.
Izda l-probabilita' hi li
l-ahjar stampi li ghandna tal-Ggantija tas-seklu
dsatax huma dawk li ghadhom merfughin fil-Biblijoteka
Nazzjonali tal-Belt Valletta u dawn juru
l-fdalijiet tal-Ggantija kif kien rahom l-artist
Charles Fredrick Brochtorff. Dawn l-istampi
huma mahsuba li kienu saru waqt li kienu
qeghdin isiru skavi, jekk wiehed jista jsejhilhom
hekk. L-iskavi kienu qeghdin isiru mill-ufficjal
Ingliz li kien responsabbli t'Ghawdex, John
Otto Bayer, u dan kien haseb jipprova johrog
aktar ahjar l-istess fdalijiet li kien hemm.
Biex
tifhem il-Ggantija, wara li tidhol, jehtieg
tmur fit-tieni tempju fuq ix-xellug. Dan
hu l-eqdem, l-ikbar u l-isbah. Fih naraw
ghadd ta' bocci kbar li fuqhom kienu jgerrbu
u jgorru l-gebel kbir minn naha ghall-ohra.
Hemm ukoll zewg kaxxi tal-gebel li aktarx
kienu bhal nicec. Fihom tara dekorazzjoni
sabiha, qisha xehda tan-nahal. Fl-art quddiem
in-nicca ta' idek ix-xellugija tara
toqba li fiha kienu jqieghdu l-ikel, u jista'
jkun xorb ukoll, bhala offerta ghall-allat.
F'kuridur minn dan it-tempju hemm zewg artali,
wiehed minnhom ghandu d-dekorazzjoni bl-ispirali.
Meta tohrog minn dan it-tempju
u ddur fuq ix-xellug, issib ruhhek f'tempju
izghar minnu u mibni zmien wara. Dan it-tempju
fih ukoll hames taqsimiet. F'dan it-tempju
nsibu wkoll artali u nicec.
Ta' min jghid li fit-tempji
tal-Ggantija nstabu bosta biccet ta' fuhhar
li llum insibuhom fil-Muzew ta' l-Arkeologija
fic-Cittadella ta' Ghawdex. F'dan l-istess
Muzew hemm ukoll gebla twila li fuqha hemm
imnaqqax serp li kien instab fid-dahla ta'
tempju tal-Ggantija.
Il-‘Guinness Book
of Records' meta jitkellem dwar it-tempji
tal-Ggantija li ghandna fix-Xaghra jghid:
The oldest free standing structures in the
world are now believed to be the megalithic
temples at Ggantija in Gozo from about 3600
B.C. Dan ifisser li kienu mibnija qabel il-piramidi
ta' l-Egittu u anke' ezistew qabel Abraham
tat-Testment il-Qadim. It-tempji talGgantija
ilhom ghalhekk jezistu hafna iktar minn hamest'
elef sena!
|