L-Ghar
ta' Calypso, jigi fuq ir-rih tal-bajja
tar-Ramla, f'gholi ta' 120 metru minn
wicc il-bahar. Skond it-tradizzjoni,
dan il-ghar, jissemma fil-poema Odissea
tal-poeta Grieg Omeru, li ghex habta
tas-sena 1200 qabel Kristu. Hu jghid
li f'dan il-ghar kienet tghix Ninfa jisimha
Calypso u li minnha mhux biss dan l-ghar
ha ismu, izda anke l-gzira kollha ta'
Ghawdex ghax bdiet tissejjah il-Gzira
ta' Calypso. Fil-poema tieghu ukoll,
isejjah il-gzira fejn kien l-ghar bhala
Ogygia. Jghid li l-ghar kien ihares fuq
bajja b'ramel dehbi u li kien imdawwar
bi dwieli. Dan jaqbel hafna ma' l-ghar
li jinsab fix-Xaghra imsejjah l-Ghar
ta' Calypso. Jinghad li din in-ninfa
kienet tkun liebsa mant abjad bhas-silg.
Kellha ghajnejha zoroq u sbieh u xuxitha
kienet tinzel sa fuq spallejha. Maghha,
kellha xi tfajliet lebsin l-abjad b'kuruni
tar-rand fuq rashom. In-ninfa, bil-lejl
kienet tixghel fjamma qawwija tan-nar
li l-post taghha ghadu jidher sal-lum.
Dan kien cirku mhaffer fil-blat zonqri.
Dik il-fjamma tixghel, kienet ta' kenn
ghall-bahhara maqbuda mill-halel tal-bahar.
It-tfajliet kienu jizfnu u jduru mal-fjamma
waqt li n-ninfa kienet tkun bil-qieghda
fuq siggu tad-deheb, titghaxxaq biz-zfin.
Skond
Omeru, Ulisse tfarrak bil-vapur fuq xtajta
ramlija, f'bajja pittoreska li tigi taht
ir-rih tal-ghar ta' Calypso. Calypso ingibdet
lejh u zammitu maghha bhala l-mahbub taghha
ghal seba' snin. Izda Ulisse dejjem ried
imur lura Itaka, il-belt Griega fejn kien
joqghod ma' martu u ibnu. Fl-ahhar l-allat
baghtu messaggier biex jordnaw lil Calypso
thalli lil Ulisse jitlaq lura lejn pajjizu.
Kontra qalbha, Calypso kellha tobdi lill-allat
u hallietu jitlaq.
Ghar Calypso huwa speci ta' sistema ta'
labirinti, numru kbir ta' gherien li jinfdu
ghal xulxin u li m'ghandhomx tmiem. Hemm
min kien jghid li kien jasal sa taht it-trunciera
tar-Ramla, ohrajn sal-Katidral f'nofs il-gzira,
u anke min sahansitra sa Sqallija!
Sa daqs hamsin sena ilu wiehed kien jista' jidhol
hafna ‘l gewwa minghajr ma jsib it-tarf
tieghu. Izda gara li sfortunatament, parti
mis-sies li jaghmel minnu l-ghar kien inghata
lil kuntrattur biex minnu jinqata' gebel
biex jintuza ghall-bini tat-toroq. Dan wassal
biex parti kbira mill-ghar giet imfarrka
u llum ftit fadal mill-bokka tal-ghar 'l
gewwa.
Meta kien ghadu miftuh ma tantx kien possibli
li wiehed jidhol il-gewwa hafna ghax billi
l-gherien huma twal, dojoq u jinfdu ghal
xulxin ma kienx facli li wiehed isib tarf
jerga' lura. Infatti leggenda tirrakkonta
li darba wiehed ghalliem flimkien ma' l-istudenti
tieghu dahlu biex jarawh u ma regghux lura.
Ghalkemm wiehed ma jistax jidhol hafna ‘l
gewwa, izda hu bizzejjed li jasal sal-bokka
tieghu u minn hemm jilmah tahtu dehra tal-ghageb
- dik tal-bajja tar-Ramla; tal-bahar kahlani
li jinfirex ‘il boghod u li jdawwar
il-gzira sabiha taghha.
|