ix-Xaghra Matul iz-Zmien


Isem, Sitwazzjoni, qisien u popolazzjoni tax-Xaghra


Ir-rahal tax-Xaghra ha ismu, skond ma tghidilna t-tradizzjoni, minn “Xaghret el Ghazenin”, fejn rahhala minn partijiet ohra tal-gzira kienu jigu jqattghu gurnata shiha jirghaw naghag u moghoz u waqt li l-annimali kienu jkunu jirghu, kienu jghaddu l-hin taghhom ipacpcu u jdoqqu l-flejguta.

Isem iehor li bih kienet maghrufa x-Xaghra kien “Caccia”, ghax kif jghidu, kwantita' kbira ta' fniek selvaggi u ghasafar kienu jbejtu fil-blat u s-sigar tax-Xaghra. Ghalhekk dan ir-rahal kien maghruf ghall-kacca. Izda l-isem Caccia jista' jkun gej, kif issotnu xi kittieba, mill-kunjom tal-familja Cacciese, familja nobbli li giet toqghod Ghawdex u ghazlet dan ir-rahal biex tghammar fih.

Skond l-opinjoni ta' kitteb iehor insibu li l-isem Caccia gej mill-Grieg Kakia li tfisser malizzja ghax jghidu li r-raghajja ta' dak iz-zmien kienu malizzjuzi hafna. Dan l-istess kittieb jghid li razza ta' nies Griegi jghidulhom “Caccians” u li gejjin minn Cacus, iben l-alla Vulkan, gew joqoghdu Ghawdex minn Sqallija u ghazlu r-rahal tax-Xaghra biex joqoghdu fih. Ghalhekk l-isem ta' Caccia jista jkun ukoll gej minnhom.

Ix-Xaghra tinsab fin-naha tal-Grigal tal-gzira Ghawdxija, fuq gholja catta 140 metru ‘l fuq minn wicc il-bahar. Hija erba' kilometri ‘l boghod mill-Belt Vittorja u kwazi sitt kilometri ‘l boghod mill-Imgarr, il-port ta' Ghawdex. It­tramuntana tax-Xaghra tmiss mal-bahar. Ghajn Barrani u l-bajja tar-Ramla, tnejn mill-isbah bajjiet t'Ghawdex jaghmlu max-Xaghra.

Ix-Xaghra hija 3564 metru fit-tul b'wisa' ta madwar 2772 metru.

Illum fix-Xaghra insibu aktar minn 1200 familja b' popolazzjoni ta' 4000 ruh.