Xaghra Parish
Feb 15

Lent 2010

Posted by admin

Il-Hadd 14 ta’ Frar: Tħabbira tar-Randan Imqaddes.

Fil-Quddies kollu, tinqara l-ittra Pastorali tar- Randan bi tħejjija għall-Għid il-Kbir.

L-Erbgħa 17 ta’ Frar: Ras ir-Randan. Jum ta’ Sawm u Astinenza.

Is-sawm huwa obbligatorju għall-persuni bejn it-18 u d-59 sena filwaqt li l-astinenza hija obbligatorja għal dawk minn 14-il sena’l fuq. Ma jiswiex laħam.

6:30pm: Konċelebrazzjoni solenni mmexija minn Mons. Arċipriet bir-rit tat-tqegħid

ta’ l-irmied li fiha, bħala parroċċa, niftħu t-tħejjija tagħna għall-festa tal-Għid.Kulħadd għandu jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni b’mod speċjali t-tfal,studenti, ġenituri u katekisti.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Frar:L-1 Ġimgħa tar-Randan.

3:00pm: Siegħa ma’ Marija Addolorata.

6:00pm: Pellegrinaġġ Penitenzjali Djoċesan lejn il-Knisja taż-Żebbuġ.

Il-Ħadd 21 ta’Frar: L-Ewwel Ħadd tar-Randan.

Kien imġarrab mix-xitan, u l-anġli kienu jaqduh. ( Mk 1, 12-15 )

4:15pm: Il-Kapitlu u l-Kleru flimkien mal-poplu jitlob u jkanta t-talb tas-Salmi

bil-Malti.

5:00pm: Quddiesa ta’ Jum il-Mulej.

Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar: Pellegrinaġġ mill-knisja ta’ Sant’Anton

3:00pm: Siegħa ta’ talb ma’ Marija Addolorata.

5:45pm: Pellegrinaġġ penitenzjali bix-xbieha ta’ Ecce Homo mill-knisja ta’ Sant’

Anton Abbati sal-Knisja Bażilika.

6:30pm: Quddiesa fil-Bażilika.

Il-Ħadd 28 ta’ Frar: It-Tieni Ħadd tar-Randan.

Dan hu ibni l-għażiż “.( Mk 9, 2-10 )

Waqt il-Quddies kollu ssir offerta ta’ karità għall-Erwieħ tal-Purgatorju.

4:15pm: Il-Kapitlu u l-Kleru flimkien mal-poplu jitlob u jkanta t-talb tas-Salmi

bil-Malti.

5:00pm: Quddiesa ta’ Jum il-Mulej.

It-Tlieta 2 ta’ Marzu: Jum l-Isqof Emeritus, Mons. Nikol Ġ. Cauchi.

F’dan il-jum, jixraq li jsir talb partikulari għall-Isqof Emeritus, Mons. Nikol Ġ. Cauchi, f’jum għeluq sninu.

L-Erbgħa 3 ta’ Marzu:L-Ewwel Qrara

5:00pm: L-Ewwel Qrara tat-Tfal li ser jirċievu l-Ewwwel Tqarbina.

Il-Ġimgħa 5 ta’ Marzu: L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Jum Ġesù Espost.

Pellegrinaġġ ta’ Ġesù Redentur.

3:00pm: Siegħa ta’ talb ma’ Marija Addolorata.

6:00pm:Quddiesa Konċelebrata fil-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu u wara,

pellegrinaġġ bix-xbieha devota ta’ Ġesù Redentur li jitlaq minn quddiem il-

Knisja tan-Nazzarenu sal-Knisja Bażilika. Tingħata l-Barka Sagramentali.

L-aħħar Quddiesa fil-Bażilika tkun fis-6:00pm.

Il-Ħadd 7 ta’ Marzu:It-Tielet Ħadd tar-Randan .

Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġħa’ ntellgħu”. ( Gw 2, 13 – 25 )

4:15pm: Il-Kapitlu u l-Kleru flimkien mal- poplu jitlob u jkanta t-talb tas-Salmi

bil-Malti.

5:00pm: Quddiesa ta’ Jum il-Mulej.

6:00pm:Priedka tal-Via Sagra mmexxija mis-Seminaristi tal-Parroċċa

tagħna.Mistiedna b’mod partikulari l-membri tal-grupp tal-vokazzjonijiet.

Eżerċizzi bħala tħejjija għal  Ġimgħa Mqaddsa

Eżerċizzi għall-familji Xagħrin

Mit-Tnejn 8 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 12 ta’ Marzu

7:00pm: Jippriedka Fr Renè Camilleri.

Il-Ħadd 14 ta’ Marzu: Ir- Raba Ħadd tar-Randan.

“Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva”.( Gw 3, 14 – 21)

3:30pm: Pellegrinaġġ mill-Parroċċi tax-Xagħra u n-Nadur lejn is-Santwarju ta’

Pinu.

4:15m:  Quddiesa bis-sehem taż-Żewġ Parroċċi f’riġlejn il-Madonna.

Eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja Bażilika u fil-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu

Mit-Tnejn 15 ta’ Marzu sal- Ġimgħa 19 ta’ Marzu

7:00pm: Fil-Bażilika jippriedka Patri Karm Dimech OFM Kapp.

7.15pm: Fil-Knisja tan-Nazzarenu jippriedka l-Kan.Dun Mikiel Borg.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu: Festa Liturġika ta’ San Ġużepp.

Inħarsu dan il-jum għażiż bis-smiegħ tal-Kelma t’Alla u l-Ewkaristija.

Quddies bl-omelija fil-Bażilika: 5:00am,6:00 am, 7:00am, 8:30am, 9:45am, 11:00am, 4:30pm u 6:30pm.

12:00pm – 3:00pm: Adorazzjoni fis-skiet.

3:00pm: Siegħa ta’ talb ma’ Marija Addolorata.

Il-Hadd 21 ta’ Marzu: Il-Ħames Ħadd tar-Randan.

Jekk il-ħabba tal-qamħ, li taqa’ fl-art, tmut, hi tagħmel ħafna frott.” (Ġw12,20- 33 )

4:15pm: Il-kapitlu u l-Kleru flimkien mal-poplu jitlob u jkanta t-talb tas-Salmi

bil-Malti.

5:00pm: Quddiesa ta’ Jum il-Mulej.

Eżerċizzi għaż- Żgħażagħ u Eżerċizzi għalll-Għarajjes

Mit-Tnejn 22 ta’ Marzu sal-Ħamis 25 ta’ Marzu

8:00pm: Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ fil- Knisja Bażilika.Jippriedka

l-Kappillan Dun Joseph Bajada.

8:00pm: Eżerċizzi għall-koppji għarajjes li qegħdin jitħejjew għas-Sagrament

taż- Żwieġ fl- Oratorju tasl-Passjoni. Jippriedka Dun Anton Theuma.

Eżerċizzi għal kulħadd fil-knisja ta’ Sant’ Anton Abbati.

6:30pm: Jippriedka

L-Ħamis 25 ta’ Marzu: Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej.

2:00pm: Pellegrinaġġ u quddiesa fil-knisja tal-Lunzjata.

Il-Ġimgħa 26 ta’ Marzu: Festa tad-Duluri.

Matul din il-ġurnata ta’ devozzjoni popolari fil-gżejjer Maltin f’ġieħ Ommna Marija Addolorata, hu rakkomandat is-sawm biex inpattu għal dnubietna.

9:00am: Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-iskola primarja ‘ Patri Mattew Sultana’.

10:00am: Quddiesa bis-sehem tal-istudenti ‘MCAST’ Xagħra u Xewkija.

3:00pm: Siegħa ta’ talb ma’ Marija Addolorata fil-Knisja Bażilika. Inħeġġu

attendenza numeruża.

5:00pm: Quddiesa Letta.

5:30pm: Rużarju meditat fil-Bażilika.

6:00pm: Tibda ħierġa l-purċissjoni mill-Bażilika bl-istatwa devota ta’ Marija

Addolorata bis-sehem tal-Banda Victory li ddoqq marċi funebri.

7:00pm: Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Arċipriet Carmelo

Refalo. Janima l-Kor Voci Angeliche.

Is-Sibt 27 ta’ Marzu

6:30pm: Quddiesa u wara jittella’ il-Kunċert Via Crucis.

APPUNTAMENTI SPEĊJALI MATUL IR-RANDAN

  • Il-Quddiesa ta’ kuljum: Inħeġġu lil kulħadd biex ipparteċipa

fl-Ewkaristija ta’ kuljum

  • Nitlob bis-Salmi

Kull nhar ta’ Sibt, fis-6:00pm ikollna l-Kant tas-Salmi bil-Malti.

Kull nhar ta’Ħadd 4:15pm ikollna l-Kant tas-Salmi bil-Malti flimkien

mall-Kapitlu Kolleġjali.

  • Il-Via Sagra

Matul il-ġranet tar-Randan, fis-6:00pm issir il-meditazzjoni komunitarja tat-Triq tas-Salib fil-Bażilika.

  • Pellegrinaġġi Penitezjali

Pellegrinaġġ Djoċesan fiż-Żebbuġ.

Pellegrinaġġ bl-Istatwa tal- Ecce Homo mill-Knisja ta’ Sant’Anton.

Pellegrinaġġ bl-Istatwa tar-Redentur mill-Knisja tan-Nazzarenu.

Pellegrinaġġ mill-Parroċċi tax-Xagħra u n-Nadur lejn is-Santwarju ta’ Pinu.

Purċissjoni tad-Duluri mill-Bażilika.

Inżommu l-appuntamenti  għal dawn il-pellegrinaġġi.Nattendu bi ħġarna.

  • Il-Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa nħabbruh aktar tard.