Il-GRUFAN huwa Moviment ghall-koppji insara mizzewga. Il-Gruppi fi hdanu jiltaqghu darba fix-xahar. Il-Grupp tax-Xaghra ghalhekk jaghmel parti mill-Grupp Familji Insara ta’ Malta, li hija ghaqda mifruxa ma’ Malta kollha u li l-iskop ewlieni taghha hu li tghin lill-familji jghixu l-vokazzjoni taghhom.
Il-GRUFAN tax-Xaghra jiltaqghu biex jiddiskutu diversi suggetti dwar il-familja. Ma’ dan anke jitolbu u jirriflettu flimkien fuq siltiet mill-Bibbja relatati ma’ dawn is-suggetti. Il-grupp bhalissa huwa maghmul minn 11-il koppja. L-iskop principali huwa li bhala koppji jitghallmu kif jistghu jsahhu l-familji taghhom b’Gesu jkun ic-centru taghhom.
Fl-Avvent u r-Randan isir irtir spiritwali. Fis-sajf jigu organnizzati ikliet biex jinzamm il-kuntatt.
Illum, iktar minn qabel, dan il-Moviment hemm bzonnu u l-koppji mizzewga jehtiguh biex jipprotegu l-familji taghhom mill-gwerra li s-socjeta’ moderna ddikjarat kontra l-familja li hija l-pedament sod ta’ socjeta’ f’sahhitha. Huwa fatt li qed naraw hafna u hafna familji jitkissru b’konsegwenzi koroh ghat-tfal innocentement involuti u l-koppji nfushom. Il-Grupp ghalhekk iheggeg u jistieden lil dawk il-koppji kollha li jixtiequ jattendu.
Ghall-izjed informazzjoni kellmu lil Dun Salv Sultana – Tel. 21551042 / 21552700.
No related posts.
