|
Il-lum, 10 ta’ Frar, data li fiha qeghdin infakkru l-migja ta’ San Pawl f’artna u d-data tal-
Maghmudija tal-Familja Maltija, nistedinkom tinghaqdu mieghi f’tislima lil aktar minn 250
sacerdoti hutna Maltin li, f’isem l-arcidjocesi taghna qeghdin jahdmu ghall-Knisja boghod
minn artna, u f’talba ghal tant sacerdoti li mietu fl-art li fiha kienu qeghdin iwettqu l missjoni
taghhom. Nixtieq li nsellmu wkoll lill-ghadd ta’ sorijiet u lajci li qeghdin jahdmu
fil-kamp missjunarju – jghallmu l-katekizmu u jwettqu opri tal-hniena fi djar ghat-trabi, tfal,
zghazagh, anzjani u nies b’xi dizabilita’.
Insellmulkom gheziez sacerdoti, religjuzi u lajci. Nghidulkom grazzi ghall-hidma li
qeghdin twettqu ghat-tixrid u tishih tal-fidi u niehdu gost nghaqqdukom maghna fit-talb
taghna l-lum fic-celebrazzjoni li qeghdin naghmlu f’gieh l-ghaziz Missierna San Pawl.
Nitolbu bil-qalb ghalikom, ghall-hidma taghkom u ghall-gheziez li hallejtu warajkom hawn
Malta.
Nixtieq nuri l-apprezzament tieghi ghan-numru sabih ta’ zghazagh barranin li qeghdin
jinghaqdu mal-Ordnijiet Religjuzi Maltin – kemm dawk irgiel kif ukoll nisa – barra minn
Malta, ghall-ghadd ta’ vokazzjonijiet li nibtu fost ulied il-familji ta’ Maltin emigrati, ghall ghadd
ta’ zghazagh li nghaqdu ma’ Ordnijiet Religjuzi li ma ghandniex rapprezentanza
taghhom hawn Malta.
Inzid li jien niehu gost nara u nisma’ b’vokazzjonijiet missjunarji li jinbtu fis-Seminarju u
Ordnijiet Religjuzi. Anzi nixtieq li fl-okkazjoni ta’ din il-festa nibda nkun imdawwar bis
sacerdoti li ghal xi snin wettqu hidma missjunarja u nibda npoggi jdejja fuq dawk li
jaghzlu li jwettqu hidma missjunarja. Ma nahsibx li nista’ naghti gost aktar lil San Pawl
milli npoggi jdejja fuq dawk li juru vokazzjoni missjunarja.
Aktar kmieni din il-gimgha jiena sellimt lis-sacerdoti, religjuzi u lajci li qeghdin jahdmu
fost l-eluf kbar ta’ emigranti Maltin fl-Awstralja. Il-lum, festa ta’ San Pawl, insellem lis
sacerdoti, religjuzi u missjunarji Maltin kollha, Nitlob bil-qalb li l-barka tal-Mulej tinzel
fuqkom u tkun maghkom.
+ Pawl Cremona O.P.
Arcisqof ta’ Malta
|