Image
 

NERFAGHKOM MILL-GHAJB TAGHKOM! - Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech fil-Pontifikal tal-Festa taz-Zjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta

Posted by admin under News 
Comments Off 

Print This Post Print This Post

Parrocca Gharb - il-Hadd 6 ta’ Lulju 2008.

Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech fil-Pontifikal tal-Festa taz-Zjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta – Parrocca Gharb - il-Hadd 6 ta’ Lulju 2008.

Liema huma l-prijoritajiet tal-Knisja f’Ghawdex illum?
Darba l-Knisja Ortodossa ghamlet sinodu ta’ l-isqfijiet u l-presbiteri. Dawn ma setghux jikkonkludu ghaliex ma setghux jiftehmu dwar x’kulur kellhom jilbsu u x’kappell kellhom juzaw waqt il-funzjonijiet liturgici. Imbaghad dahal xi hadd minn barra u qalilhom li waqt li huma kienu qed jintilfu f’affarijiet bla sens, “hemm barra” kienet faqqghet rivoluzzjoni, imma huma ma ntebhux biha!

Jien konvint li din l-istorja nistghu napplikawha ghalina llum. Qeghdin nghixu fi zmien meta ghadna niddiskutu u noholqu kunflitti dwar titli ekklezjastici, u waqt li qed nahlu l-hin ta’ min irid japplikah fil-pastorali, fostna ghaddejja rivoluzzjoni. Ghandna responsabiltà kbira quddiem Alla dwar xi twegiba ahna bhala Knisja ser naghtu lil Alla u lill-bniedem. Ghad jghaddi z-zmien u l-bniedem lilna jinterrogana u jistaqsina x’ghamilna f’dan iz-zmien.

“Hemm barra” ghaddejja rivoluzzjoni kulturali kbira! Minhix cert jekk fil-Knisja ahniex konxji mir-rih tal-bidla li qed jonfoh fis-socjetà taghna. Hemm hafna dwal, però hemm ukoll id-dellijiet; hemm affarijiet sbieh, imma hemm ukoll affarijiet koroh. Ma rridx inkun profeta tad-dlam, imma nitlob lill-Mulej jghin lili u lill-Knisja biex ikollna ftit mill-ispirtu profetiku li jghinna naqraw u ninterpretaw ir-realtà. Dan qed nghidu mhux ghax qalbi maqtugha, imma ghaliex nistghu nagixxu issa biex id-dwal jitfu d-dellijiet, biex id-dawl ikecci d-dlamijiet. Altrimenti ghajb kbir jaqa’ fuq kull wiehed u wahda minnha, fuq is-socjetà u fuq il-Knisja. Se nsemmilkom ftit minn dawn id-dellijiet.

Alla qed jinghata l-genb
Alla qed jinghata l-genb kemm fil-hajja privata kif ukoll f’dik pubblika. Biex nikkonferma dan, naghmel domanda prattika: kemm ghandna hin ghal Alla? Ic-censiment tal-quddies ta’ sentejn ilu juri li hemm persentagg mhux zghir minn hutna li jidhrilhom li jistghu jghaddu minghajr il-laqgha taghhom ma’ Kristu fil-jum tal-Hadd. Mhix indikattiva din tar-rivoluzzjoni li qed tigri fostna?

Fl-Ewropa lil Alla qed iwarrbuh, u ahna m’ahniex ahjar minn haddiehor; anzi, xi drabi nikkuppjaw lil haddiehor b’detriment ghalina. Din il-gimgha bqajt sorpriz meta wiehed responsabbli mill-edukazzjoni ta’ wliedna qalli li tnehha l-kurcifiss minn xi klassijiet f’xi skejjel ta’ pajjizna ghas-semplici raguni li jkun hemm xi hadd li joggezzjona kontra tieghu.

Dizordni fil-kamp ta’ l-etika u l-morali
Ghajb kbir iehor li qed jaqa’ fuqna huwa d-dizordni fil-kamp ta’ l-etika u l-morali. Donnu llum ahna hadna l-licenzja li niddeterminaw x’inhu it-tajjeb u l-hazin. Ahna sirna l-ghajn tas-sewwa. Sirna konvinti li nistghu nghaddu minghajr ordni morali oggettiv. Qeghdin nghixu relattivizmu esagerat. Naghti ezempju prattiku. Tghidux li l-Isqof taghkom huwa mohhu maghluq! Ma tindunawx bil-livell baxx f’dik li hija dicenza fl-ilbies? Mhux dak kollu li huwa moda huwa tajjeb. Ghandna jew m’ghandniex certi valuri u virtujiet li jmexxuna fl-ghazliet taghna? Qed insemmi punti li jekk tmorru d-dar taghkom tmissuhom b’idejkom.

Meta jiddghajjef il-valur tal-hajja
Kull ma jmur il-valur tal-hajja qed isir dghajjef. Hadt gost li f’dawn il-granet wiehed mill-partiti politici ewlenini taghna ha pozizzjoni f’fora internazzjonali kontra l-abort. Ghalkemm f’pajjizna m’ghandniex ligi li tippermetti l-abort, però qed tinbena kultura kontra l-hajja. Dan l-ahhar intqal li f’pajjizna iktar minn hamsa u ghoxrin fil-mija tat-tfal qed jitwieldu minn single parent. Xahar ilu qrajt statistika li nhadmet ma’ l-adollexxenti u z-zghazagh Maltin u Ghawdxin. Il-livell ta’ mgieba permissiva u ta’ promiskwità li johrog minn dan il-kwadru hija allarmanti. Hemm min stqarr li kellu esperjenza intima f’età ta’ erbatax-il sena! Dawn it-tfal qeghdin jilaghbu man-nar! F’rapporti li dehru fil-midja, persentagg mhux zghir minn dawn juri dispjacir ghal dak li ghamel u jistqarr li kien sfurzat. Quddiem dawn it-trends negativi li ghaddejjin hemm barra, nistghu ahna nibqghu hekk passivi?

Fil-kuntest tar-rispett lejn il-hajja, nigbed l-attenzjoni dwar il-fenomenu tad-droga li qieghed wara l-ghatba! Dan il-fenomenu omicidjali lili jhassibni bil-kbir, u gwaj jekk min huwa responsabbli ma jhossux daqstant iehor allarmat li jwettaq dmiru, li gej mhux biss minn Alla imma mill-Kostituzzjoni tal-pajjiz. Il-fenomenu tad-droga qieghed jghidilna li mhux biss ghandna adulti bla kuxjenza li qed jabbuzaw mill-flus u wisq aktar aghar mill-hajja ta’ haddiehor, imma li ghandna zghazagh u tfal li m’humiex kuntenti bil-hajja, u ghalhekk jaqghu ghal dan il-vizzju. Dawn qeghdin fil-familji taghna. Jien ma nikkundanahomx ghaliex jirrikorru ghad-droga; nikkundanna lil min imexxi d-droga. Jien niddenunzja lil min imexxi d-droga! Quddiem dawk li huma vittmi nistaqsi: x’responsabiltà ghandna biex waqqajnihom f’dan il-ghajb?

Il-periklu ta’ socjetà bla futur
Jiena u nirrifletti fuq il-grajja tal-Vizitazzjoni ltqajt ma’ sentenza fil-Vangelu ta’ San Luqa li laqtitni: Elizabetta tghid li “l-Mulej ghogbu jnehhi minn fuqi l-ghajb li kelli quddiem in-nies” (Lq 1,25). Dan ifisser li meta Marija marret fid-dar ta’ Elizabetta u Zakkarija, f’ghajnejn in-nies f’dik id-dar kien hemm l-ghajb u d-dizgrazzja. Peress li Elizabetta kienet sterili u ma kellhiex tfal, hafna kienu jharsu lejha bhala mara dizgrazzjata.

Mhux Elizabetta biss imma ukoll Zakkarija kien meqjus bniedem fl-ghajb. Ghaliex meta Zakkarija kien fit-Tempju u dehrlu l-anglu u kkomunikalu li martu kien se jkollha tarbija, Zakkarija ma emminx, u staqsa: “Imma kif ikun dan ladarba jiena u ragel xih u marti mdahhla fiz-zmien?” (Lq 1,18); u l-anglu wiegbu: “talli int ma emmintx kliemi li ghad isehh meta jasal il-waqt, ara, int tibqa’ mbikkem u ma tkunx tista’ titkellem sa dak inhar li jigri kull ma habbartlek” (Lq 1,20). Din il-muta ta’ Zakkarija hija ukoll sinjal ta’ dak l-ghajb li kien hemm fid-dar taghhom!

Imma l-ghajb il-kbir fid-dar ta’ Elizabetta kien li hija u zewgha ma kellhomx futur! Ghax l-isterilità hekk timplika: li koppja ma jkolliex futur. Ghall-mizzewgin l-ulied huma konferma li hemm futur ghalihom u ghas-socjetà. X’futur ghandha s-socjeta taghna fid-dawl ta’ l-ghajb li tkellimt minnu aktar ’il fuq? Ghandna nippreokkupaw ruhna mhux biss bil-futur ekonomiku ta’ pajjizna, imma mill-futur tal-bniedem!

Socjetà minghajr Alla hi socjetà sterili
L-isterilità ghandha wkoll interpretazzjoni spiritwali. Lill-profeta Geremija Alla jghidlu: “Inti tizzewwigx u ma jkollokx la subjien u anqas bniet f’dan il-pajjiz” (Ger 16,2). Dan sabiex l-isterilità ta’ Geremija tkun “sinjal” halli juri lil Gerusalemm li la darba tbeghdet minn Alla u nxtehtet tadura allat ohra u warrbet il-ligi ta’ Alla, hija saret sterili u hekk tbattlet mill-hajja.

Elizabetta ma tirraprezentax biss lilha nfisha, imma tirrapprezanta wkoll “il-poplu ta’ Alla”; ghalhekk l-ghajb li kien hemm fuq Elizabetta huwa ghajb li kien hemm fuq il-poplu ta’ Alla, li minhabba l-adulterju spiritwali tieghu nixef spiritwalment, sar art battala u tilef il-hila produttiva tieghu. Dak li sehh lil Elizabetta u lill-poplu Lhudi, isehh ukoll lill-poplu t’Alla llum!

Kien ghalhekk li llum hassejt li ghandi nitkellem maghkom mhux biss dwar l-ghajb ta’ Elizabetta, imma dwar x’ser naghmlu ahna quddiem din is-sitwazzjoni. Xi drabi ahna ttentati nirragunaw li quddiem sitwazzjonijiet fejn nilmhu l-ghajb – fejn hemm l-ikrah, id-dell, in-nixfa – ahna nitbieghdu minnu u nizviluppaw fina attitudni jekk mhux ta’ kundanna, ta’ indifferenza! Spiss jigri li f’kuntest umanament u spiritwalment difficli, ahna naghlqu ghajnejna u fommna, u ghax nibzghu li niccappsu jew icappsuna nippreferu nibqghu passivi u nhallu d-dnub joktor u l-midneb ikompli joghdos fil-ghajb.

Kristu hellies inehhi l-“ghajb” tal-bniedem
Imma l-grajja tal-Vizitazzjoni tixhdilna li Marija mhux hekk ghamlet! Marija titlaq minn Nazaret u tmur fid-dar ta’ Elizabetta u Zakkarija li huma mcapssin bl-ghajb. Marija tmur ghandhom b’ghan preciz: biex twasslilhom lil Kristu l-Feddej li bil-qawwa redentiva tieghu jghinhom jehilsu minn dak id-dell. Hekk jghanni Zakkarija: “Alla taghna li mill-gholi jigi jzurna bhax-xemx tielgha u jaghti d-dawl lil min jinsab fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt” (Lq 1,78-9).

Mhux hekk biss! Imma l-prezenza ta’ Marija fid-dar ta’ Elizabetta tistimola lil Elizabetta halli taghraf il-prezenza ta’ l-Ispirtu ta’ Alla fiha u tinfexx f’ghanja ta’ tifhir lil Alla ghal dak li ghamel mal-bniedem permezz ta’ Marija. Fid-dar ta’ Elizabetta, il-prezenza ta’ Marija tistimola lil Gwanni l-Battista – li kien fi hdan Elizabetta – halli jaqbez bil-ferh u jghaggel jitwieled biex ikun il-prekursur tal-Mulej li jhejji t-triq biex ilaqqa’ lill-bniedem ma’ Kristu: “hu jgharraf lill-poplu tieghu bis-salvazzjoni permezz tal-mahfra tad-dnubiet moghtija mill-qalb hanina t’Alla” (Lq 1,77).

Jien m’iniex qalbi maqtugha minhabba l-ghajb li hemm fuqna; imma nhossni mheggeg u rrid inheggeg lilkom biex fis-socjetà ta’ madwarna ma nkunux dawk li neskludu lil min hu fil-ghajb, jew li nibqghu indifferenti quddiem sitwazzjonijiet gravi, imma bhal Marija nohorgu minn djarna u mill-“knejjes” taghna, nimxu fit-toroq imharbtin u perikoluzi tal-hajja, nidhlu f’dawn ir-realtajiet li fuqkom waqa’ l-ghajb, u nghinu lill-bniedem jinheles mill-hemm li jinsab fih. Huwa mehtieg li nkunu ahna li nistimolaw lill-bniedem tal-lum li tilef it-tama fih nnifsu u sar sterili, biex jerga’ jiskopri x’potenzjal hemm fih billi bhal Elizabetta jaghraf li hemm fih l-Ispirtu s-Santu li jimlieh u jimbuttah bil-qawwa tieghu biex jeghleb kull forma ta’ ghajb li jista’ jinsab fih; bhal Elizabetta, jerga’ jiskopri l-qawwa vitali li hemm fih.

Missjoni Djocesana fis-Sena Pawlina
Il-gimgha l-ohra fil-ftuh tas-Sena Pawlina, habbart li f’Ottubru li gej fid-djocesi ser nibdew Missjoni Djocesana. L-ghan li rridu nilhqu huwa dak li ktibnilkom dwaru jien u l-Arcisqof fil-pastorali tal-Hadd li ghadda: nixtieq li naghmlu proposta mill-gdid tal-Bxara t-Tajba biex is-socjetà taghna terga’ tiltaqa’ ma’ Kristu. Inhossu l-bzonn li jkun hemm evangelizzazzjoni gdida, proposta mill-gdid tal-fidi, ta’ edukazzjoni soda fil-fidi li taghmilna tassew insara adulti. Nixtieq li l-laqgha taghna ma’ Kristu f’din il-Missjoni tkun tixbah dik l-istess esperjenza ta’ dawl li kellu Pawlu: esperjenza li turina mhux biss il-gmiel ta’ Kristu, imma ggibna wkoll wicc imb’wicc ma’ l-ghajb li jahkem il-qalb taghna.

F’dan il-mument partikulari tal-komunità taghkom, naghmlilkom appell biex meta fil-gimghat li gejjin insejhulkom halli tghinuna naghmlu din il-Missjoni, intom tikkoperaw maghna, biex bhal Marija nimtlew bi Kristu u hekk insibu l-qawwa biex inwassluh lill-ohrajn, specjalment lil dawk li ghandhom l-ghajb fuqhom. Jekk hemm barra fit-toroq taghna ghaddejja rivoluzzjoni, jekk barra hemm ir-rih tal-bidla, ahna ghandna l-Ispirtu Santu li huwa iktar qawwi – dak l-Ispirtu li jnaddaf u jqaddes. Ejjew flimkien nemmnu u nahdmu halli jitwettaq dak li qal Alla permezz tal-Profeta Sofonija: “Il-hsara nwarrab minnek biex bil-ghajb tieghek ma tibqax mghobbija … nerfaghkom mill-mizerja taghkom” (Sof 3,18.20).

 

Next Page »