Xaghra Parish

Home | Xaghra Parish | Festa 2008 | 08 09 20 SYDNEY BAMBINA FEAST DINNER DANCE

Xaghra Dinner Dance – tirrapporta Mrs Josephine Bigeni Ix-Xaghra Dinner Dance sar nhar is-Sibt 20 ta' Settembru 2008 fil-Balmoral Hall gewwa Blacktown, New South Wales. Kien il-pjacir taghna din is-sena nilqghu fostna lill-Kanonku Joseph Sultana mix-Xaghra li kien il-mistieden specjali. Huwa gie apposta hawn l-Awstralja fuq stedina tax-Xaghra Association of NSW. Hawnhekk kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ ma’ emigrati Xaghrin li kien jaf qabel u jiltaqa’ ghall-ewwel darba ma’ hafna ohrajn. Ghad-Dinner Dance attendew tlett mija u tmenin ruh, il-bicca l-kbira minnhom mix-Xaghra, jew mnisslin mix-Xaghra, jew inkella imhalltin biz-zwieg. Kienet atmosfera pjacevoli hafna, mimlija b'ikel u xorb bnin. Id-daqq tal-grupp Roc-A-Tac kompla zejjen l-atmosfera bid-daqq kontinwu tieghu. Il-banda Giuseppe Verdi kompliet tallegra lil kulhadd u ddahhalna iktar fl-ispirtu tal-festa billi daqqet marcijiet tal-Banda Victory, tax-Xaghra. Lil dawn prosit u grazzi. F’dan id-Dinner Dance mhux biss niehdu gost ahna izda wkoll nimmiraw li nkunu ta’ ghajnuna ghal haddiehor billi l-qligh imur ghal xi hadd mix-Xaghra li jkun qed jahdem barra minn pajjizu b’risq dawk inqas ixxurtjati minna. Din is-sena nnominajna lill-missunjarju, Fr.George Camilleri S.J. li ilu 40 sena jahdem gewwa l-Indja, qalb tfal mitlufin gewwa Kolkata, zghazagh li jattendu l-Kullegg St Xavier’s u li ghandu wkoll f’idejh Klinika. Hafna drabi jigi mitlub jghin morda li jkollhom bzonn ta’ operazzjoni billi jhallsilhom l-ispejjez ta l-isptar. Il-Kumitat dehrlu li kienet kawza gusta ghall-iskop taghna. Nirringrazzja lil kulhadd li ghamel minn din il-lejla success kbir, specjalment lill-isponsors li ta' kull sena ma jsibuhiex bi tqila biex jghinuna, lil dawk li jirsistu biex ibieghu t-tickets minn hafna zmien qabel u lill-membri tal-Kumitat. L-ahhar u mhux l-inqas nirringrazzja lil dawk kollha li jigu. Minghajrhom dan l-avveniment ma jkunx success – huwa ahna lkoll migburin flimkien bhala Xaghrin u hbieb taghna li naghmlu l-festa! Grazzi lil kulhadd. Kumment Editorjali : Ritratti grazzi ghal Michelle Said.
A1 The booking ticket
A2 The ticket on the inside
A3 Maryanne Sultana - Xaghra and Joanne Sultana - Sydney
A4 Can Joseph, Maryanne, Monty and Joanne - all Sultana
A5 The Bigeni's and the Sultana's
A6 Band 'Giuseppe Verdi'
A7
A8 Can Sultana addresses the gathering
A9 Table 5
B1 Table 12
B2
B3 Table 14
B4 Table 15
B5
B6 Table 17
B7 Table 18
B8 Table 19
B9
C1
C2 Table 31
C3 Hili's Table
View Slideshow

Rating 5.0 (1 vote)

No Comments

Add a comment:

*Name:
*E-Mail:
*Required fields
Enter CAPTCHA: Code


Subscribe to comments RSS Feed
Album RSS RSS Feed | Archive View |