Xaghra Parish » Gallery » 2009 » 31 AUG 09 - IN MEMORY OF FR JOSHUA MUSCAT

Kienet ahbar ta soghba kbira ghalina x-Xaghrin meta sirna nafu li s-sacerdot zghazugh min-Nadur, Dun Joshua Muscat, ittajjar ghal hdan il-Mulej. Ir-relazzjoni ta Dun Joshua max-Xaghra kienet wahda qawwija. Ghal diversi snin qabel ma rcieva l-Ordinazzjoni Sacerdotali minn idejn l-Isqof Mons Mario Grech, Dun Joshua Muscat kien mibghut mis-Superjuri tas-Seminarju biex iwettaq hidma pastorali fil-Knisja ta’ Gesu Nazzarenu x-Xaghra. Hemmhekk kien attiv hafna u wettaq diversi hidmiet, ewlenin fosthom, laqghat ta formazzjoni maz-zghazagh li kienu jsiru kull nhar ta Gimgha fic-Centru Gesu Nazzarenu u laqghat mal-abbatini. Il-morda tal-Komunita hemmhekk kienu jiksbu kuragg mhux ftit meta kien izurhom u bil-kliem helu tieghu kien ifarraghom. Huwa wkoll kien iwasslilhom lil Gesu Sagramentat biex jircevuh fit-tqarbin. Il-Grupp The Guiding Light jiftakruh maghhom u kif qal wiehed minnhom, Jason John Farrugia fuq din il-website - Ix xiehda li dejjem ta Dun Joshua lilna z-zaghzagh specjalment fiz-zmien li qatta maghna fil-Komunita tan-Nazzarenu kienet dejjem turi l-imhabba tieghu lejn Alla. - Dan minkejja t-tbatija li hu ghadda minnha, dejjem baqa sod u grat lejn lil-Hallieq. Ir-ritratti li hawn kienu mehudin fis-17 ta Dicembru 2008 meta kien ghamel in-Novena tal-Milied fil-Knisja ta Gesu Nazzarenu fix-Xaghra. Raguni ohra li b’xi mod rabtitu mal-Parrocca kien il-fatt li fi triqtu lejn l-altar kellu biss il-kumpanija ta Dun Michael Curmi mix-Xaghra sakemm flimkien ircevew il-Ministeru tal-Presbiterat fit-30 ta Gunju 2007. Min-naha taghna naghtu l-kondoljanzi lill-genituri ta Dun Joshua, Antoinette u Carmelo, lil ohtu Nathalie u zewgha Anthony, u lil huh Paul u martu Jessica fit-telfa taghhom. Lill-Mulej nitolbuh idahhal fit-tgawdija eterna lil Dun Joshua li minkejja ftit zmien jaqdih fuq din l-art fedelment il-missjoni fdata lilu u wettaq hafna gid spiritwali bil-kelma, bit-tbissima u bl-ezempju tieghu specjalment fl-ahhar xhur meta mis-sodda tal-mard u mumenti ta tbatija accetta kollox f’rasenjazzjoni u bi tbissima.

A1 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
A2 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
A3 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
A4 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
A5 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
A6 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
A7 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
A8 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
A9 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B1 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B2 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B3 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B4 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B5 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B6 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B7 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B8 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
B9 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
C1 Novena at Nazzarenu Church 17 Dec 08
C2 Ordination 30 Jun 07

View Slideshow
Not yet rated