Xaghra Parish » Gallery » 2009 » 21 FEB 09 - LE SPIGOLATRICI DELLA CHIESA

Il-membri ta’ l-Istitut Sekulari Spigolatrici della Chiesa jzommu l-Madonna bhala Omm u Protetrici taghhom u fiha ghandhom fiducja kbira ghalhekk isejhulha l-Madonna tal-Fiducja.  Ix-Xaghra ghandha Komunita’ minn dawn li ilha maghna sa mill-1974. Bhal ma jaghmlu kull sena, nhar Sibt il-Karnival iccelebraw il-festa tal-Madonna tal-Fiducja. Fil-kappella tad-dar taghhom, fi Triq Gnien Xibla x-Xaghra, dak in-nhar fil-ghaxija saret Koncelebrazzjoni mmexxija minn Mons. Mario Grech Isqof ta' Ghawdex. Jikkoncelebraw ma’ l-Eccellenza Tieghu kien hemm Mons. Eucaristico Sultana, Arcipriet Emeritus tax-Xaghra, Mons Carmelo Hili u Dun Salv Sultana. L-Arcipriet tax-Xaghra ma setax jattendi peress li kien fuq zjara Ruma. Il-festa ssir bħala offerta ta’ gurnata ta’ Riparazzjoni għan-nuqqas ta’ mhabba taghna l-bnedmin lejn Alla.  Dan isir billi jpoggu l-fiducja kollha taghhom f’Marija Ommna, it-Triq li tehodna ghand Gesu. Il-membri ta’ l-iSpigolatrici della Chiesa spiss itennu l-gakulatorja  Omm Tieghi, Fiducja Tieghi, erba’ kelmiet semplici li ma jitolbu xejn lil Marija imma li jesprimu abbandun totali f’din l-Omm.  Min jixtieq jakkwista santi tal-Madonna tal-Fiducja jikteb lill-Ispigolatrici f’dan l-indirizz - Spigolatrici della Chiesa 12, Triq Gnien Xibla, Xaghra  XRA 2400, Gozo, Malta, Europe jew icemplilhom Tel.  2155 6973, email address spiga.xra@onvol.net

A1
A2
A3
A4
A5
A6
A7
A8
A9
B1
B2
B3

View Slideshow
Rating 4.5 (2 votes)