Xaghra Parish » Gallery » 2009 » 08-09-09 - MAHTUR IL-KAPPILLAN IL-GDID TAL-PARROCCA TAL-FONTANA - DUN JOSEPH BAJADA

Fit-8 ta’ Settembru 2009, Festa tat-Twelid tal-Madonna u tal-Bambina, Festa Titulari tal-Parrocca tax-Xaghra, Mons Isqof Mario Grech ghal darb’ohra hares lejn il-Parrocca taghna, biex minn fost is-Sacerdoti Xaghrin jahtar Kappillan gdid fid-Djocesi Ghawdxija. L-ghazla waqghet fuq Dun Joseph Bajada, sacerdot zaghzugh li nhatar bħala l-Kappillan il-gdid tal-Parrocca tal-Qalb ta’ Gesu’, Fontana, Ghawdex. Dun Joseph Bajada twieled ix-Xaghra fit-30 ta’ Lulju 1970. Hu l-izghar fost erba’ hutu ohra subien. Beda l-istudji tieghu fl-iskola primarja tax-Xaghra, minn fejn ghadda ghall-iskola sekondarja Ninu Cremona, ir-Rabat, Ghawdex. Pero’ wara sena biss hemmhekk, Dun Joseph beda jiffrekwenta s-Seminarju Minuri, fejn dam sas-Sixth Form. Kienet nibtet fih is-sejha biex jimxi wara l-Mulej u f’dak l-ambjent kompliet tissahhah fih il-vokazzjoni sacerdotali. Dun Joseph wiegeb ghas-sejha tal-Mulej u hekk beda l-formazzjoni sacerdotali tieghu fis-Seminarju Magguri tal-Qalb ta’ Gesu’ fl-1988. Is-Sena Intermedjarja ghaddiha fi New Jersey, fl-Istati Uniti tal-Amerika. Lura Ghawdex, fl-1994 Dun Joseph gie ordnat djaknu. Wara sena esperjenza ta’ djakonat fil-Parrocca tan-Natività gewwa Ruma, fil-21 ta’ Gunju 1996 huwa gie ordnat sacerdot. Wara li rcieva l-Ministeru tal-Presbiterat, Dun Joseph rega lura Ruma fil-Parrocca tan-Nativita’ fejn wettaq erba’ snin ta’ hidma pastorali. Minn hemm ghadda ghall-Parrocca ta’ San Ruman fejn qatta’ tliet snin ohra gewwa l-Italja. Sadanittant hemmhekk huwa kompla bl-istudji tieghu u ha kors ta’ teologija sagramentarja fl-Universita ta’ Sant’Anselmu minn fejn kiseb diploma fil-Liturgija u l-Arti Sagra. Fis-sena 2003 Dun Joseph gie lura Ghawdex u nhatar Vici-Rettur tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Gesù, fejn dam dawn l-ahhar sitt snin. Dun Joseph huwa Direttur Spiritwali tal-Gozo Aid for the Visually Impaired (GAVI) u huwa wkoll Chairperson tal-Kummissjoni Djocesana ghal Persuni b’Dizabilita’ (KDPD) tad-Djocesi Ghawdxija. Lill-kompajzan taghna, Dun Joseph Bajada, nawgurawlu snin ta’ hidma siewja fil-missjoni gdida tieghu, certi li t-telfa tal-Parrocca tax-Xaghra tissarraf f’rebha ghall-Parrocca tal-Qalb ta’ Gesu, il-Fontana. Ad Multos Annos Dun Joseph.

Fontana new PP

Rating 5.0 (4 votes)