Nifirhu lill-Kanonku Dun Mikel Borg mix-Xaghra li l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech ghogbu jahtru Kappillan tal-Knisja ta’ San Pawl, Marsalforn, li taghmel parti mill-Parrocca ta’ Marija Bambina x-Xaghra. Huwa jiehu minn idejn Dun Mariano Zammit li ghal zmien twil serva b’success f’din il-kariga.
Dun Mikiel Borg li ghandu 63 sena kien ordnat Sacerdot fit-30 ta’ Mejju 1970 u huwa Kanonku tal-Kollegata tal-Parrocca tax-Xaghra. Gie mahtur Kappillan tal-Parrocca ta’ San Lawrenz fejn serva ghal 29 sena. Jokkupa l-pozizzjoni ta’ delegat ta’ l-Isqof fuq il-Caritas. Huwa nvolut f’diversi Ghaqdiet sew fix-Xaghra kif ukoll fil-parrocca ta’ San Gwann Battista x-Xewkija fejn anke jaghti servizz ta’ quddies. Fost l-Ghaqdiet Komunitarji li jmexxi nsibu dik ta’ Padre Pio fix-Xaghra u ohra Ewkaristika. Jaghti sehem kbir bi programmi ta’ kuljum fuq ir-radju komunitarju tax-Xaghra, Radju Bambina.
Lill-Kappillan il-gdid ta’ Marsalforn nawgurawlu AD MULTOS ANNOS.
- « prev
- 1
- next »
Rating 2.9 (Total votes: 31)


