Xaghra Parish

Home | Xaghra Parish | 2008 | 30 NOV 08 XANDRU L-ISKARPAN - KUMMIEDJA ATT 2

IT-TIENI ATT Fit-tieni att, ghal darb’ohra nsibu lil Grezzja tiknes, tfarfar u teqred. Qalet li dak in-nhar kienet se tmur il-Beltu tixtri salott mill-isbah. Jidhol Xandru jokrob b’ugigh ta’ ras ghax raqad fjakk. Grezzja qaltlu li f’nofs in-nhar kienet se tkun il-Belt tixtri salott gdid. Wahdu Xandru beda jgerger li slopp kellhom taht is-sodda u qatt ma juzawh u Grezzja ma kellhiex ghal fejn tmur u tixtri iehor gdid. Jidhol Wenzu jaqra u Xandru staqsih ikunx jara l-istampi. Wenzu ta l-ktieb lil missieru li kif qabdu beda jistaghgeb ghax ra karozza maqluba u staqsa mietx xi hadd. Ibnu qallu li l-ktieb kien bil-maqlub f’idejh u mhux il-karozza. Johrog Xandru u tidhol Marie. Qaltlu x’gara meta gie l-gharus id-dar u bidet tibki. Tidhol Grezzja u qalet lil Marie tmur maghha l-Belt jixtru salott. Johrog kulhadd u tidhol Guljetta b’rasha tugaghha. Fil-pront jidhol Xandru wkoll jokrob b’ugigh ta’ ras. Guljetta qaltlu li kellha ugigh ta’ ras ghax xorbot hafna fil-party u ltaqghet ma guvni kif jixtiequ hu. Staqsiha hux ginger. Qaltlu li aktarx ginger imma billi kienu fid-dlam ma tantx setghet tarah sew. Qaltlu li l-guvni kien bla xoghol u li kienet qaltlu li missierha kien skarpan. Xandru qalilha li jista jahdem mieghu u ghal dik l-ahbar Guljetta taret bil-ferh. Ftehmu li billi ma kellux fejn joqghod seta jorqod id-dar taghhom fil-kamra ta fuq il-bejt. Billi rasu baqghet tugghu, Guljetta marret ghat-tabib. Ihabbat il-bieb u jidhol ragel li Xandru hasbu t-tabib. Imma dan kien Lorry Cuschieri ta’ l-ghamara li gie bis-salott li xtrat Grezzja. Il-protesti ta’ Xandru ma swew ghal xejn ghax l-ghamara l-antika u l-mejda li kien jiekol fuqha telqu ‘l barra u s-salott il-gdid dahal gewwa d-dar ta’ Xandru. Kif telaq kulhadd, jasal it-tabib u tah gozz pilloli biex jiehu wahda kull siegha. Xandru jhalli l-pilloli fuq il-mejda u hu u t-tabib johorgu. Jidhol Wenzu mat-tfajla tieghu Dora izda ma damx ma mar ifittex lil ommu f’idejh bil-pilloli ta missieru f’idejh ghax kien hallihom warajh. Wara li hareg Wenzu, Xandru jidhol b’tazza f’idu. Meta Dora qaltlu li hi habiba ta’ Lorry (Wenzu) dan haseb li dik kienet il-habiba ta’ Lorry ta’ l-ghamara u haseb li gejja xi kamra tas-sodda issa. Jidhol Wenzu u meta staqsietu min kien dak ir-ragel (Xandru) quddiemhom mifxul qalilha li kien is-seftur taghhom. Xandru beda jghajjat ma’ Lorry biex ikecci lil dik il-mara ‘l barra. Meta mar igiblu l-pilloli, Xandru qal lil Dora li hu kien missier Lorry taghha! Meta gie lura Wenzu u ta l-pilloli lil missieru, Dora qaltlu li issa taf li s-seftur kien missieru ghax qalilha hu stess. Fil-pront jidhlu Grezzja u Marie. Marie qalet lil Lorry li hi u l-gharus regghu rrangaw bejniethom. Wenzu qal lil ommu li Dora taf b’kollox min kien missieru ghax qalilha Xandru nnifsu! Hawn bdiet tahwida shiha. Xandru jmur ghal genb u jibla l-pilloli kollha f’daqqa. Wara ftit jibda jdur u jaghqad jikkomplejna bi hruq fl-istonku u jistabat ma’ l-art. X’gara u kif spiccat din il-kummiedja naraw fit-Tielet u l-ahhar Att.
A1 Grezzja tnaddaf u thammem
A2 Tghid lil Xandru li jridu jirrangaw id-dar
A3 Tghid lil Xandru li se tixtri salott gdid
A4 Xandru jghid lil Lorry li ommu se txtri slopp gdid
A5 Marie turi d-dwejjaq li ghandha lil huha Lorry
A6 Lorry jipprova jsabbarha
A7 Grezzja tistieden it-tifla tmur maghha l-belt jixtru sufan gdid
A8 Guljetta tqum b'ugigh ta' ras
A9 Xandru wkoll qam b'ugigh ta' ras
B1 Jasal Lorry ta' l-ghamara bis-salott il-gdid
B2 Xandru jghidlu li hadu zball ghax il-mara slopp ordnat
B3 jidhlu s-sufani
B4 joggezzjona li titlaq il-mejda tal-ikel
B5 kollox gdid fjamant
B6 Xandru fl-ahhar jcedi
B7 Elf lira - elf lira jiswa s-salott
B8 jidhol it-tabib jghidlu li sejhitlu Guljetta ha jarah
B9 jinvistalu halqu
C1 Jaghtih pilloli biex jehodhom wahda kull saghtejn ghal gimgha
C2 It-tabib jitlaq
C3 Lorry jgib lil Dora l-habiba d-dar
View Slideshow

Rating 3.7 (3 votes)

No Comments

Add a comment:

*Name:
*E-Mail:
*Required fields
Enter CAPTCHA: Code


Subscribe to comments RSS Feed
Album RSS RSS Feed | Archive View |