IL-VIA MATRIS FIX-XAGHRA

Is-sett ta’ seba’ inkwatri tal-Via Matris, is-Seba’ Duluri tal-Madonna li se taraw jinsabu fil-Bazilika tax-Xaghra, fil-Kappella tal-Kurcifiss fejn hemm l-istatwi ta’ Kristu Msallab (il-Vara l-Kbira), id-Duluri u Kristu Mejjet. Kien pittirhom l-artist Malti Ganni Vella fuq kummissjoni tal-Kanonku Dun Manwel Sultana li kien talbu biex jaghmel riproduzzjoni tal-Via Matris ta’ l-artist Taljan Morganti. L-Isqof ta’ Ghawdex Guzeppi Pace kien berikhom fis-17 ta’ Jannar 1954. L-ispiza kienu dahlu ghaliha l-Kanonku Dun Vitor Attard u ohtu Angolina li kienet ghalliema l-iskola tax-Xaghra.(Rif. The Xaghra Monumental Church –Julian Refalo Rapa).

VIA MATRIS

Sidtna Marija, fittex ghinna u ilqa’ t-talb taghna.
Glorja lill Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Nikkunsidraw id-duluri ta’ Sidtna Marija u nitolbu l-grazzja li nibku maghha dnubietna li nifdu l-Qalb Taghha b’tant niket u hemm.