Menu

Il-Via Matris

L-Ewwel Stazzjon

A1 Via Matris Stazzjon 1Inqimuk Marija u nberkuk.

Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.

Nikkunsidraw fl-Ewwel Stazzjon kif ix-xwejjah Xmuni habbar lil Marija Santissima li l-Qalb taghHa kellu jinfidha sejf ta’ duluri.

Nitolbok Marija, ghal dan in-niket li hassejt ghal din l-ahbar, aqlaghlna l-grazzja li nilqghu bis-sabar in-niket li ibnek joghgbu jibghatilna, biex noghgbu biss Lilu.

Sliema ghalik Marija ……………

 

 
 
 

It-Tieni Stazzjon

A3 Via Matris Stazzjon 2Inqimuk Marija u nberkuk.

Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.

Nikkunsidraw fit-Tieni Stazzjon meta Marija Santissima kellha tahrab ghall-Egittu biex tehles lil Binha Gesu’ imfittex ghall-mewt minn Erodi.

Nitolbuk Marija, ghan-niket li hasset Qalbek f’din il-harba, aqlaghlna l-grazzja li naharbu dak kollu li jaghti l-mewt lil ruhna bid-dnub il-mejjet.

Sliema ghalik Marija ……………

 

 

 

It-Tielet Stazzjon

 

A5 Via Matris Stazzjon 3Inqimuk Marija u nberkuk.

Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.

Nikkunsidraw fit-Tielet Stazzjon kif Marija Santissima tilfet lil Gesu’ f’Gerusalemm u wara tlitt ijiem tfittxija sabitu fit-tempju jitkellem mad-dutturi.

Nitolbok Marija, f’gieh l-imrar li gharrar lil qalbek meta rajt li Gesu’ ma kienx mieghek, aqlaghlna l-grazzja li jekk qatt b’xi htija taghna nitilfu lil Gesu’, bil-hila kollha nfittxuh u ma nehdewx qabel insibuh u nghannquh mar-ruh taghna..

Sliema ghalik Marija ……………

 

 


Ir-Raba Stazzjon

 

A7 Via Matris Stazzjon 4Inqimuk Marija u nberkuk.

Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna. Nikkunsidraw fir-Raba’ Stazzjon meta Marija Santissima marret wara Binha Gesu’ tiela’ l-Kalvarju mghobbi s-Salib ghal dnubietna.

Nitolbuk Marija, ghan-niket li hasset Qalbek meta rajt ‘l Ibnek Gesu’ mghobbi s-Salib, aqlaghlna l-grazzja li nimxu warajh bis-slaleb kollha taghna biex mieghu nifirhu fil-glorja tal-Genna.

Sliema ghalik Marija ……………

 

 
 


Il-Hames Stazzjon

 

B1 Via Matris Stazzjon 5Inqimuk Marija u nberkuk.

Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.

Nikkunsidraw fil-Hames Stazzjon meta Marija Santissima fuq il-Kalvarju rat lil Binha msallab bejn zewg hallelin u wara tlitt sighat agunija jmut.

Nitolbok Marija, ghall-bahar ta’ duluri li fih kienet ir-ruh tieghek fuq il-quccata tal-Kalvarju, aqlaghlna l-grazzja li mmutu ghalina nfusna u ghad-dinja u naharbu l-frugha u l-bluhat taghha.

Sliema ghalik Marija ……………

 

 

 


Is-Sitt Stazzjon

 

B3 Via Matris Stazzjon 6

Inqimuk Marija u nberkuk.

Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.

Nikkunsidraw fis-Sitt Stazzjon meta lil Gesu’ nizzluh mis-Salib u qeghduh fi hdan Ommu Marija.

Nitolbok Marija, ghal dan id-dulur tal-Qalb tieghek meta rajt fil-gisem ta’ l-Iben tieghek issehh il-profezija ta’ Izaija li minn rasu sa riglejh kien ikollu pjaga wahda, aqlaghlna l-grazzja li nsaffu bl-indiema l-pjagi tar-ruh taghna biex nidhru quddiemu bla tebgha fil-jum tal-Haqq.

Sliema ghalik Marija ……………

 

 


Is-Seba' Stazzjon

 

B5 Via Matris Stazzjon 7

Inqimuk Marija u nberkuk.
Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Ommna taghna.

Nikkunsidraw fis-Seba’ Stazzjon meta lil Gesu’ haduh mill-hdan t’Ommu Marija u difnuh f’qabar gdid.

Nitolbok Marija, ghad-dulur li hassejt f’Qalbek meta rajt ‘l Ibnek midfun u kellek minnu titbieghed , aqlaghlna l-grazzja li meta l-ghadu jittantana biex igarrafna, ingibu quddiem ghajnejna ‘l Ibnek mejjet u midfun ghal dnubietna sabiex nohorgu rebbehin u nipperseveraw sal-mewt fil-grazzja ta’ Ibnek Gesu’.

Sliema ghalik Marija ……………

 

 


Nitolbu

 

Duluri - Nofs

O Alla, li fil-Passjoni Tieghek il-Qalb Helwa tal-Vergni glorjuza Ommok kienet minfuda minn sejf ta’ niket, aghmel fil-hniena Tieghek li ahna li qeghdin infakkru u nqimu n-niket taghha, naqilghu l-frott tal-Passjoni Tieghek, Int li tghix u ssaltan ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehma tal-Papa.

Kredu lill-Qalb ta’ Gesu’.

Salve Regina lil Marija Santissima

Missierna, Sliema u Requiem ghall-Erwieh tal-Purgatorju.