Il-grotta ta’ Xerri instabet fl-1923, jigifieri 35 sena wara li nstab l-Ghar ta’ Ninu, minn Guzeppi Xerri bin Toni meta dan ukoll, bhal fil-kaz ta’ l-ghar ta’ Ninu. kien qieghed ihaffer spiera ghall-ilma fl-istess dar fejn kienu joqoghdu. Waqt it-thaffir, infethet toqba fuq genb ta’ l-ispiera li rrizulta li kien ghar. Dak iz-zmien, id-dar kienet fi sqaq dejjaq li kien jghaqqad Triq Bullara ma’ Triq Gnien Imrik, izda din id-dar kienet taghmel ma l-ahhar triq. L-isqaq kien infetah fi triq wiesa’ u li hadet isimha mill-grotta u ssemmiet Triq il-Grotta ta’ Xerri.
Wara li nstab l-ghar, Toni Xerri u wliedu hasbu biex ikomplu jhaffru l-isfel u jwessghu izjed u dan kwazi kien wassal ghal tragedja. Gurnata wahda, wiehed minn ulied Toni nizel bil-mohbi ta’ kulhadd b’kaxxa sulfarini f’idu biex jara sew x’kien hemm. Il-kaxxa waqghetlu u fid-dlam ma setax isibha u l-anqas seta jara l-bokka ta’ l-ghar biex johrog minnha. Meta ndunaw li kien nieqes, tad-dar bdew ifittxuh u kien biss l-ghada fil-ghodu li fettxewh gewwa l-ghar fejn kien qatta’ l-lejl. Dan it-tifel kien spicca lahaq sacerdot u kien wiehed mill-Kanonci tal-Kollegjata.
Biex tilhaq l-ghar jehtieg tinzel minn garigor dejjaq ta’ sitta u tletin targa. Kif tasal issib jilqghuk eluf ta’ stalaktiti u stalagmiti. Dawl elettriku huwa effettiv hafna wiehed jista’ jara it-trasparenza fil-gebla.