L-Ghar ta’ Calypso, jigi fuq ir-rih tal-bajja tar-Ramla, f’gholi ta’ 120 metru minn wicc il-bahar. Skond it-tradizzjoni, dan il-ghar, jissemma fil-poema Odissea tal-poeta Grieg Omeru, li ghex habta tas-sena 1200 qabel Kristu. Hu jghid li f’dan il-ghar kienet tghix Ninfa jisimha Calypso u li minnha mhux biss dan l-ghar ha ismu, izda anke l-gzira kollha ta’ Ghawdex ghax bdiet tissejjah il-Gzira ta’ Calypso. Fil-poema tieghu ukoll, isejjah il-gzira fejn kien l-ghar bhala Ogygia. Jghid li l-ghar kien ihares fuq bajja b’ramel dehbi u li kien imdawwar bi dwieli. Dan jaqbel hafna ma’ l-ghar li jinsab fix-Xaghra imsejjah l-Ghar ta’ Calypso. Jinghad li din in-ninfa kienet tkun liebsa mant abjad bhas-silg. Kellha ghajnejha zoroq u sbieh u xuxitha kienet tinzel sa fuq spallejha. Maghha, kellha xi tfajliet lebsin l-abjad b’kuruni tar-rand fuq rashom. In-ninfa, bil-lejl kienet tixghel fjamma qawwija tan-nar li l-post taghha ghadu jidher sal-lum. Dan kien cirku mhaffer fil-blat zonqri. Dik il-fjamma tixghel, kienet ta’ kenn ghall-bahhara maqbuda mill-halel tal-bahar. It-tfajliet kienu jizfnu u jduru mal-fjamma waqt li n-ninfa kienet tkun bil-qieghda fuq siggu tad-deheb, titghaxxaq biz-zfin.
Skond Omeru, Ulisse tfarrak bil-vapur fuq xtajta ramlija, f’bajja pittoreska li tigi taht ir-rih tal-ghar ta’ Calypso. Calypso ingibdet lejh u zammitu maghha bhala l-mahbub taghha ghal seba’ snin. Izda Ulisse dejjem ried imur lura Itaka, il-belt Griega fejn kien joqghod ma’ martu u ibnu. Fl-ahhar l-allat baghtu messaggier biex jordnaw lil Calypso thalli lil Ulisse jitlaq lura lejn pajjizu. Kontra qalbha, Calypso kellha tobdi lill-allat u hallietu jitlaq.
Ghar Calypso huwa speci ta’ sistema ta’ labirinti, numru kbir ta’ gherien li jinfdu ghal xulxin u li m’ghandhomx tmiem. Hemm min kien jghid li kien jasal sa taht it-trunciera tar-Ramla, ohrajn sal-Katidral f’nofs il-gzira, u anke min sahansitra sa Sqallija!
Sa daqs hamsin sena ilu wiehed kien jista’ jidhol hafna ‘l gewwa minghajr ma jsib it-tarf tieghu. Izda gara li sfortunatament, parti mis-sies li jaghmel minnu l-ghar kien inghata lil kuntrattur biex minnu jinqata’ gebel biex jintuza ghall-bini tat-toroq. Dan wassal biex parti kbira mill-ghar giet imfarrka u llum ftit fadal mill-bokka tal-ghar ‘l gewwa.
Meta kien ghadu miftuh ma tantx kien possibli li wiehed jidhol il-gewwa hafna ghax billi l-gherien huma twal, dojoq u jinfdu ghal xulxin ma kienx facli li wiehed isib tarf jerga’ lura. Infatti leggenda tirrakkonta li darba wiehed ghalliem flimkien ma’ l-istudenti tieghu dahlu biex jarawh u ma regghux lura.
Ghalkemm wiehed ma jistax jidhol hafna ‘l gewwa, izda hu bizzejjed li jasal sal-bokka tieghu u minn hemm jilmah tahtu dehra tal-ghageb – dik tal-bajja tar-Ramla; tal-bahar kahlani li jinfirex ‘il boghod u li jdawwar il-gzira sabiha taghha.