Meta wiehed jasal fil-Bajja tar-Ramla jew ihares lejha minn fuq is-sisien li jinsabu fuq kull naha taghha, l-ewwel ma tolqotlu l-ghajn hija statwa bajda tal-Madonna fuq pedestal gholi f’nofs ix-xtajta b’ramel dehbi. Din hija ddedikata lill-Madonna ta’ l-Isperanza. Qeghda thares lejn il-bahar u fuq idha tidher qed izzomm il-Bambin ckejken. Min ghamilha kellu f’mohhu dawk l-irgiel li kienu jbahhru u hafna drabi jinqabdu f’xi maltempata, ghalhekk allura taha l-isem Madonna ta’ l-Isperanza, ghaliex il-bahhara kienu jittamaw u jisperaw fil-hniena tal-Madonna li ssalvahom mill-gharqa meta jinqabdu fil-maltemp.
Kif jidher minn tabella li tinsab f’nofs il-pedistal, dan ir-ragel kien certu Ganni Gauci li kien pulizija ghassa max-xtut u stazzjonat ir-Ramla, u kien ghamilha fis-sena 1881. Il-pedistal inbena minn gebel li tnehha aktarx mit-trunciera fil-qrib.
Fl-1954, Sena Marjana, b’digriet ta’ Mons Isqof Giuseppi Pace, inghatat 100 gurnata Indulgenza lil min jirrecita s-Salve Regina quddiem ix-xbiha tal-Madonna tar-Ramla.
Biex jizboghha kien imqabbad Mikelang Apap, illum Monsinjur u Kanonku tal-Bazilika Marija Bambina tax-Xaghra. Billi qeghda vicin sew tal-bahar, mhux sena jew tnejn giet mizbugha izda ta’ sikwit. Sena minnhom, Dun Mikelang Apap induna li taht il-qoxra taz-zebgha kien hemm gebel mikul bil-melh. Kellem dwar dan lil Frangisk Gauci, iben l-imsemmi Ganni Gauci u li kien jiehu hsiebha. Fuq talba ta’ dan, Dun Mikelang ikkuntattja lill-iskultur Ghawdxi Wistin Camilleri biex jara kemm kienet tqum kieku kellha ssir statwa bhal dik li kien hemm, imma minflok tal-gebel, tkun tas-siment. Wistin kien semma’ mal-erbghin lira, somma kbira dak in-nhar izda Frangisku kien determinat li jaghmliha u accetta li jaghmel tajjeb ghall-ispiza. Hekk fl-1965 tnehhiet l-istatwa mmermra u minflokha tpoggiet replika taghha maghmula fis-siment.
Din il-Madonna laqtet mhux biss il-ghajn u l-pinzell ta’ Dun Mikelang Apap izda wkoll laqtitu fil-muza moghnija tieghu tant li sena wara, fl-1966, iddedikalha poezija helwa kif tidher hawn taht.
LILL-MADONNA TAR-RAMLA L-HAMRA
XAGHRA GHAWDEX
Bi hsiebi sikwit jien nittajjar
Quddiemek Marija Regina
Fis-sikta ta’ xtajta Ramlija
Fejn qeghda tirrenja hanina
U meta f’ghajnejk jien inhares
Niftakar dak kollu l’int rajt
Niftakar fil-ghajnuna mehtiega
Bhal omm lil uliedek int tajt
Kemm drabi Marija madwarek
Rajt jaqbzu tal-bahar l-gholjiet
Fejn int bhal ibnek fid-dghajsa
Sikkitthom, u qeghdthom fil-kwiet
Nisthajlek rajt l-igfna tal-ghadu
Bhal dari max-xtajta resqin
X’hin b’harstek qawwija harrabthom
Lejn arthom imreghxa hatjin
Illum inti wkoll qeghda tara
Tempesti li jinbtu fl-imhuh
Misruha mal-plajja tar-ramel
B’semm qawwi li joqtol ir-ruh
U bl-ankra li ghandek taht drieghek
Lid-dghajjef ghajnuna taghtih
Ghax inti kull tama tal-bniedem
Li jitlob biex taqbez ghalih
Wisq drabi jien rajtek Marija
Imdawra mill-kbar u miz-zghar
Itennu bil-qalb it-tislima
Ta’ l-Anglu li gieblek l-ahbar
Met’ibnek ferriehi fuq drieghek
Berikhom kull darba li gew
Biex jergghu ifahhru lil ommu
Marija, w’omm taghna tassew
U jekk forsi l-qilla tax-xtiewi
Jew shana qalila sajfija
Sellum smajt ihabbat bil-heffa
Biex jixghel il-lampa mitfija
Bi hsiebi nittajjar madwarek
Bhal nahla mal-gilju fil-gnien
Biex l-ghasel tal-hlewwa ta’ mhabbtek
Ifejjaq il-mirra taz-zmien
Rajt sigar qed jinbtu madwarek
Jixjiehu imutu maz-zmien
Rajt halel ta’ ramel jinbidlu
Rajt jaqghu ukoll is-sisien
Hekk rajtna wkoll lilna Marija
Mic-cokon nixjiehu kull jum
Rajt qtajja jinbidlu f’nies godda
Rajt jaqghu ta’ zmienhom mitmum
Izd’inti Rebbieha Sultana
Bqajt dejjem issaltan qawwija
Ghalkemm bosta snin ghaddew fuqek
Kemm ilek fix-xtajta Ramlija
X’imhabba lejk kellu dal-flejjen
Li qeghdek hemm fuq bl-oghla qima
Biex meta minn hawn xi hadd jghaddi
Iroddlok minn qalbu tislima
Hallini Marija nittajjar
Fi hsiebi madwarek hanina
Sabiex insellimlek bhal dari
B’tislima ta’ Salve Regina
Mons M’Ang Apap 1966