Meta wiehed isemmi r-Ramla l-Hamra generalment ikun qed jirreferi ghal dik il-bajja bir-ramel kulur id-deheb. Izda zgur ftit jafu, l-aktar il-poplu tax-Xaghra, li dan hu l-uniku post fil-gzejjer Maltin fejn wiehed isib postijiet u affarijiet ambjentali, postijiet arkeologici, u sahansitra postijiet storici proprju fil-hajja u fix-xtajta taghha.
Hekk kif wiehed jibda jaqra dan l-artiklu, bla dubju tigih il-mistoqsija, fejn u x’tip ta’ postijiet hemm fir-Ramla minbarra r-ramel dehbi li bih ir-Ramla l-Hamra hija maghrufa mhux biss min-nies taghna tal-lokal izda anke mit-turisti li jzuruna fis-sajf.
Hlejjaq Ambjentali
Qrib il-bajja, wiehed jiitaqa’ ma’ sigar tal-bruk. Dawn is-sigar jissaportu n-nixfa u I-imluha. L-gheruq taghhom jixorbu l-melh u biex is-sigra tehles minnu, tarmieh mill-weraq fejn jinfhall fin-nida ta’ bil-lejl u jqattar ghal ma’ l-art. Ir-Ramla hi wahda mill-aktar postijiet importanti f’pajjizna ghax insibu fiha ambjent uniku, dak ta’ l-Gharam Ramel, li bl-Ingliz jissejjah Sand Dunes. Dan it-tip ta’ ambjent prattikament gheb minn fuq wicc il-gzejjer taghna, minhabba l-izvilupp tax-xtajtiet ramlin. Dawn kienu l-Ghadira, l-Armier, ir-Ramla tat-Torri u r-Ramla tal-Bir, li nqerdu ghal kollox.
Dawn il-bajjiet jinsabu f’Malta. L-gharam tar-ramel jikkonsisti f’gholjiet zghar tar-ramel li huma mizmumin milli jtiru bir-rih jew jingarru bix-xita permezz ta’ l-gheruq ta’ pjanti specjalment li mhux talli kapaci jitkattru fir-ramel, izda jissaportu l-imluha wkoll. Dawn l-gholjiet zghar tar-ramel jinstabu wara l-istatwa f’nofs il-bajja.
Insibu pjanti tipici bhall-Pankrazju, li jaghmel ward kbir abjad u jiftah matul is-sajf. ll-weraq tieghu huma tawwalin, qishom zigarella u jitghawgu bhal trabuxu. Bosta pjanti li nqerdu f’Malta illum jinsabu f’din il-bajja biss, fosthom it-Tenghud tar-Ramel, il-Busbies Xewwieki tar-Ramel u z-Zunnarija tar-Ramel. Niltaqghu wkoll ma’ l-ahjar popolazzjoni tal-bardi tar-Ramel u l-Kubrita Nana. Mill-annimali rari, il-post m’huwiex nieqes. B’hekk insibu bl-iktar numru lill-Bebbuxu tar-Ramel, hlejqa li kwazi ghebet ghal kollox. Erba’ speci ta’ znazan, hames speci ta’ hanfus, speci ta’ nemel u speci ta’ bahrija (li tiekol il-Pankrazju) jghammru biss f’dan il-lok.
FI-Gharam jaghmel il-bejta tieghu I-Grillu tar-Ramel li wkoll jinstab hawn biss fl-Ewropa kollha. Xorti hazina messet lill-Qassab tar-Ramel, li nqered kompletament mill-gzejjer Maltin. Tfixkil fl-ambjent tar-Ramla matul is-snin wassal biex il-fekruna tal-bahar ma tbidx aktar hemm. Sal-biduta’dan is-seklu, ir-Ramla l-Hamra kienet darba lokal fejn kienet tbid il-Fekruna tal-Mediterran. Hija hasra
li m’ghandna ebda pjanijet biex nergghu nintroducu ghal darba ohra dawn il-fkieren. M’hemm l-ebda dubju li t-telfa ta’ dan il-lokal ta’ trawwim tal-fkieren hija telfa mhux ghalina biss, izda ghall-Mediterran kollu.
Karatteristika ohra hi li r-Ramla l-Hamra hija wahda mill-ftit xtajtiet fil-Mediterran fejn it-tafal ma jibqax niezel sa xifer l-ilma. Wiehed jista’ jinnota li l-irdum tat-tafal jibqa’ niezel sa xifer l-ilma. Wiehed jista’ jinnota l-irdum tat-tfal in-naha tax-Xaghra. Raguni ohra morfologika ‘I ghaliex ghandha tigi mharsa din il-bajja.
Folklor u Tradlzzjoni
Generalment meta wiehed isemmi bajja, f’mohhu jahseb ghawm, jew sport assocjat mal-bahar. Anke dan issibu fil-hajja tar-Ramla, izda minbarra dan, fl-istess bajja wiehed seta’ jinnota li l-folklor u t-tradizzjonijiet taghna l-Ghawdxin, li tant ahna maghrufa ghalih, li sfortunatament qed jispiccaw bil-mod il-mod fid-dinja mghaggla tal-lum.
Niftakar meta kont zghir, ommi kienet tehodna l-bahar u waqt li konna nghumu kienet tahsel ix-xkejjer tas-suf tan-naghag fl-ilma baxx tal-bajja. Drawwa ohra folkloristika li nqatghet maz-zmien hi li l-irgiel kienu jinzlu bil-btiehi vojta ta’ l-inbid, jimlewhom bl-ilma bahar, ihallu l-btieti fuq ir-ramel, sabiex l-injam taghhom jismen.
Post ta’ Refugju
Izda wiehed jistaqsi kif il-bajja tista’ sservi bhala refugju, iktar milli wiehed jista’ jimtedd fuq ir-ramel sabiex jixxemmex. Metal-lnglizi hadu l-gzejjer Maltin, wara l-hakma qasira tal-Francizi, li damu biss sentejn (1798 -1800), b’talba tal-Maltin l-lnglizi gew fl-1800. Izda ufficjalment hadu l-gzejjer Maltin taht il-Kuruna Brittanika fl-20 ta’ Mejju 1814 permezz ta’ Trattat ta’ Parigi.
FI-1813 hakmet il-pesta b’mod ahrax hafna lil Malta, fejn halliet mijiet ta’ vittmi. Il-pesta hakmet f ‘Ghawdex lir-rahal tax-Xaghra biss. Hakmet b’mod . ahrax bejn is-17 ta’ Marzu u s-26 ta’ Lulju 1814, u halliet 104 vittmi, fosthom il-Kappillan Dun Vincenz Cauchi, li dan serva lill-Parrocca tax-Xaghra ghal 54 sena, l-iktar kappillan li dam iservi. Dun Vincenz miet fis-27 ta’April 1814.
Bejn Lulju u Settembru ta’ l-istess sena, meta l-pesta bdiett batti xi flit mir-rahal, il-vittmi (l-infettati) li kienu jorqdu fit-tined taht is-sies ta’ Ghajn Lukin, l-lnglizi taw ordni biex l-istess infettati jittiehdu f ‘kampijiet imferrxa fuq ir-ramei tal-bajja tar-Ramla halli jkunu jistghu jinzlu ta’ spiss fl-ilma bahar. Li kieku l-lnglizi ma hadux il-prekawzjonijiet mehtiega
u ccirkondaw lir-rahal tax-Xaghra taht kura kontinwa, zgur li l-pesta kienet tinfirex f’zoni ohra f’Gnawdex, fejn kienu jmutu aktar nies.
(Raymond Mifsud)
(1) Ix-Xaghra, Vol. 7 wo 23. 1988.
(2) L-Ghejjun wo 2. Lulju-Settembru 1989.
(3) It-Torca 9 ta’Lulju 1995.
(5) Il-Mument 18 ta’Frar 1996.
(5) Times 15 ta’Gunju 1997.
(6) Orizzont 25 ta’Awissu 1997.
IL-VILLA RUMANA
Ir-rahal tax-Xaghra kien ukoll intgharaf mir-Rumani (li hakmu l-gzejjer Maltin bejn l-218 q.K. u l-535 w.K.) ghas-sbuhija naturali tieghu tant li kienu bnew villa fil-bajja pittoreska tar-Ramla, villa li serviet bhala post ta’ serhan u ta’ villegjatura.
Dawn bnewha fuq in-naha tax-Xaghra, qrib hafna tax-xtajta, u tikkonsisti f’19-il kamra b’kollox. Din kienet tikkonsisti f’dawn il-kmamar kollha, ghax fiha ma kienx joqghod xi wiehed komuni, izda kien xi gvernatur jew xi sinjur Ruman, u peress li kien bniedem ta’ certa mportanza, kien mehtieg li l-villa tkun ta’certu kobor biex tilqa’ fiha wkoll il-qaddejja u s-suldati..
Il-kmamar kellhom dekorazzjonijiet ta’ l-art differenti. Id-disinn ta’ l-irham u l-muzajk kienu differenti minn xulxin, uhud mill-kmamar kienu konnessi u maghquda ma xulxin, u ohrajn le. Kull passagg fil-villa kien iccangjat b’muzajk iddisinjat.
F’din il-villa nsibu li kien hemm kmamar:
– ta’ abitazzjoni ghall-mistednin, imsejha Apodetura;
– kamra ohra kellha banju ta’ l-ilma kiesah, u dan allura kien jissejjah Frigidarium;
– kamra ohra fejn l-ilma kien ikun fietel u fejn wiehed seta’ jiehu banju shun u din kienet tissejjah Tepidarium. Din l-istess kamra kienet maghrufa wkoll bhala Sudarium, fejn in-nies kienu joqoghdu fis-shana tal-fwawar
– kamra ohra mportanti f’din il-villa hi l-Calidarium. Din il-kamra kienu jibnuha fuq diversi arkati li kienu jzommu l-art tal-kamra sserrah fuqhom. Dan minhabba li hawnhekk kien ikun hawn in-nar jaghti taht l-art, filwaqt li l-ilma li jkun ghaddej minn hemm ikun qieghed jissahhan. B’hekk wiehed seta’ jiehu banju shun.
Biex titnaddaf il-villa kollha u jimtlew il-banjijiet, kien ikun hemm bzonn ta’ hafna ilma kontinwu. Dan kien jingieb minn ghejun ta’ ilma gieri, li fix-Xaghra insibu bosta minnhom anke . L-ilma kien jitwassal permezz ta’ kanali tal-gebel, jintefa’ fi hwat u gandotti, u f’sezzjonijiet tal-villa kien hemm pajpijiet tac-comb.
Minn hdejn l-Ghar ta’ Calypso, iwassal sal-Villa Rumana wiehed isib passagg mibni mill-gebel maskan li aktarx kien mibni dawk iz-zminijiet.
Mal-medda tas-snin, kemm minhabba li din il-villa kienet abbandunata kif ukoll ghax il-bahar tella’ hafna tafal, il-villa giet mirduma. Kien fl-1910-1911, meta xi bdiewa kienu qeghdin ihaffru hdejn fortizza mibnija mill-Kavalieri skond il-pjanta ta’ l-inginier De Mondion li ntebhu li kien hemm xi bini mirdum. Meta l-Arkeologu Malti Sir Temi Zammit naddaf iz-zona mir-ramel u t-tafal deher car li mhux biss hemm fdalijiet ta’ bini antik, izda li kien hemm bini mdaqqas ta’ certu kobor. Meta raw dak il-fuhhar, garar kbar ghall-hazna taz-zejt u ta’ l-ilma, muzajk, irham u statwi, bqaghu mistghagba. Sfortunatament izda bdew jisirqu u jkissru dak li raw u sabu.
Meta Sir Temi Zammit ra dan it-tkissir u s-serq, rega’ radam kollox mill-gdid taht ir-ramel fi zmien qasir. Ix-xoghol kollu li ha, intradam fi ftit minuti, u l-fdalijiet tal-Villa Rumana ghadhom hemm sal-lum, joholmu fis-sbuhija u l-kwiet ta’ madwarhom.
FORTIFIKAZZJONIJIET FIR-RAMLA
Il-bajja tar-Ramla minn dejjem kienet imfittxija mill-furbani u mit-torok biex jinzlu bl-armata taghhom ghal xi hbit fuq Ghawdex billi din kienet kollha ramel u ghalhekk facli biex wiehed jinzel fuq l-art. Minhabba f’hekk, il-Kavallieri hasbu biex jipprotegu l-bajja billi jibnu numru ta’ batteriji (post fejn kienet issir l-ghassa u kontr’attakki).
Fuq in-naha tax-Xaghra, ghad hemm jidhru l-fdalijiet ta’ batterija. Din kienet inbniet fuq il-pjanta tal-ingienier Francois De Mondion, fis-sena 1722. Illum minn din il-batterija ghad fadal ftit fdalijiet li jaghtuna idea vaga ta’ kif kienet originarjament. Kanuni minn din il-batterija kienu spiccaw fil-bahar u billi kienu tal-hadid kienu saddu u minkejja li uhud minnhom ittellghu, mid-dehra ma setghux jigu restawrati.
Il-Fugass
Bazikament 48 fugass kien mahsub li jigu mhaffra fil-blat matul il-kosta ta’ Malta, f post li l-gebel tal-fugass jaqa’ fid-dahliet tal-bajjiet. Wiehed ma jridx jimmagina li l-fugass ma kienx ser ihalli li jsir xi zbark fil-bajjiet, izda certament b’dawk id-dghajjes tal-ghadu f numru kbir mhaxxkna ma’ xulxin, fid-dhul tal-bajjiet Ramlin, il-gebel li kien jinzel mill-gholi b’sahha kbira, kien johloq feriment u dizordni kbira lill-ghadu. Il-Fugass kien speci ta’ kanun maqtugh fil-blat. Hija nvenzjoni tremenda, tant li sahansitra 1-istoriku Ghawdxi, Gian Piet Aguis de Soldanis, jistqarr li dawn il-fugassi gew inventati mill-Inginier Taljan, Marandon fl-1740. Frangisk Marandon gie Malta f Jannar tal-1727, bhala t-tieni inginier tal-Ordni, flok Charles Francois de Montdion, u mal-mewt ta’ De Montdion f Dicembru tal-1743, lahaq l-ingenier ewlieni u residenti tal-Ordni. Izda kif diga rajna, sas-sena 1715, il-Fugass kien diga nventat, snin qabel ma gie f’Malta.