Menu

SOCJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA M.U.S.E.U.M. (L-Iben t’Alla Sar Bniedem)

Il-Beatu Gorg Preca waqqaf is-Socjeta tal-Museum fl-1907. Bil-mod il-mod, l-ghaqda tieghu bdiet tixtered mal-bliet u l-irhula Maltin u Ghawdxin. Kien f’ Gunju ta’ l-1961, li wara sajda mill-membri tal-Museum mhux mix-Xaghra, bdew jiltaqghu l-ewwel grupp ta’ guvintur fis-sagristija tal-Knisja Bazilka. Dan kien il-bidu tal-fergha ta’ l-irgiel tal-museum fix-Xaghra.

Il-fergha tan-bniet ukoll bdiet ftit wara l-mewt tal-fundatur taghna Dun Gorg. Fil-fatt kienet saret Sajda Museumina minn superjuri Maltin nisa ghal habta ta’ nofs Awissu ta’ l-1962.

Matul dawn l-40 li ilu miftuh il-Museum fix-Xaghra, kien hemm diversi postijiet li servew bhala centri fejn niltaqghu. Illum, ghall-grazzja t’Alla u bil-ghajnuna ta’ hafna benefatturi, ghandna zewg oqsma addattati bi klassijiet imdaqqsa u bitha fejn it-tfal jistghu jitghallmu u jirrikreaw ruhom. Il-qasam tas-subien jinsab fil-pjazzetta li tinsab fi Triq Dun Gorg Preca. Is-superjur huwa Anthony Grima. Il-Qasam tal-bniet qieghed fi Triq Jannar kwazi faccata fejn jinsab l-Ghar ta’ Ninu. Is-superjura hija Rita Sacco.

Il-hidma ewlenija taghna hija t-taghlim tal-Katekizmu lit-tfal u l-adoloxxenti li joghgobhom jattendu. Kull sena nressqu numru gmielu ta’ tfal ghas-Sagramenti tal-Qrar, l-Ewwel Tqarbina u l-Grizma ta’ l-Isqof.

Dawn huma l-granet u l-hinijiet tat-taghlim:
Museum Subien Tel: 21 563662
Tfal tal-primarja: It-Tnejn, it-Tlieta, il-Hamis u l-Gimgha fil-5.30pm.
Tfal tas-sekondarja: It-Tnejn, it-Tlieta, il-Hamis, l-Gimgha u s-Sibt fis-6.30pm
Il-Hadd fl-10.30am. u fit-3.00pm: Laqgha Biblika u passiggata

Musuem Bniet Tel: 21 564459
Tfal tal-primarja u tal-Grizma: It-Tnejn, it-Tlieta, il-Hamis u l-Gimgha fil-5.15pm.
` Form 2 It-Tnejn u l-Gimgha fil-5.15pm
Forms 3-4 It-Tlieta u l-Hamis fis-6.00pm
Il-Hadd: Passiggata fis-2.30pm

Pero` jaqbel li nifmuha tajjeb li t-taghlim tal-Katekizmu mhux qieghed hemm biss ghat-tfal li se jircievu s-Sagramenti. Kull nisrani hu obbligat li jibqa’ jitghallem. Ghalhekk Alla ghazel lil Dun Gorg. Biex f’pajjizna il-fidi li gabilna San Pawl tibqa’ hajja permezz tat-taghlim, b’mod specjali lit-tfal u lill-adoloxxenti. Mhux ta’ b’xejn li l-Papa sejjah lil Dun Gorg, it-tieni San Pawl. Jekk Alla jrid, ma ndumux ma narawh qaddis. Tajjeb li hawnhekk insemmu wkoll lil l-ewwel Superjur Generali tal-Museum, Ewgenju Borg, haddiem fit-tarzna, li l-kawza tal-Beatifikazzjoni tieghu miexja ‘l quddiem gmielha.

Inti li qed taqra: jekk int ghadek tifel/ tifla jew adoloxxenti u li ma tantx qed tattendi jew qtajt ghal kollox mill-Museum, nistednuk biex terga’ tibda tattendi. Il-bieb dejjem miftuh. Il-Museum joffrilek ambjent tajjeb u hbieb tajba.
Jekk int xi genitur, heggeg lil uliedek biex jibqghu jattendu. Thalli lil hadd u xejn jtellfu t-taghlim! Jghaddi z-zmien u ma jiddispjacikx zgur.

Jekk int xi benefattur, nirrigrazzjawk minn qalbna ghat-talb u l-ghajnuna tieghek. Il-Mulej iroddok Hu.
Lilek zaghzugh/a, jekk Gesu` qed isejjahlek biex timxi warajh mill-qrib, anke li thaddan il-Vokazzjoni Museumina, itlob, ahseb u hu parir. Ejja kellimna. U lil Gesu` tghidlux le.

Il-paci mieghek!
Hbiebek tal-Museum