Din l-Ghaqda twaqqfet f’dawn l-ahhar snin biex tiehu hsieb l-armar u n-Nar tal-Festa. Bhal kull oggett iehor, l-armar ta’ barra fit-toroq fi zmien il-festa jrid jigi kkurat u moghti l-manutenzjoni mehtiega. Ghalhekk l-Ghaqda tal-Armar mhux biss tiehu hsieb li tohrog l-armar biex bih izejjen it-toroq tax-Xaghra fil-jiem tal-Festa ta’ Marija Bambina, imma tiehu hsieb li dan l-armar jigi protett u kkurat. Dan bla dubju jfisser xoghol kontinwu u bla serhan. Ghalhekk l-Ghaqda tahdem matul is-sena kollha biex barra li jizdied xoghol gdid kull sena, anke jsir xoghol biex jinzamm fi stat tajjeb u ma jiddeterjorax dak li diga ghandna.
L-ikbar bicca xoghol li ndahal ghaliha l-Grupp kien l-estensjoni (tkabbir) tal-mahzen fejn jinzamm l-armar matul is-sena. Issa ghandna mahzen kbir u maghmul b’tali mod li l-armar jinzamm fi stat tajjeb, b’hafna ordni u ma tigrilux hsara.
Il-Kumitat tal-Ghaqda tal-Armar u Nar huwa ffurmat minn dawn il-membri:
President: Arc. Mons Eucaristico Sultana
Vici-President tal-Armar: Enzo Agius
Vici-President tan-Nar: Teddy Refalo
Segretarja: Rose-Marie Spiteri
Tezorier: Lawrence Bajada
Rapprezentanti tat-Toroq: Ganni Attard (Pjazza l-Vitorja)
Enzo Agius (Triq it-Tigrija)
Louis Bajada (Triq San Guzepp)
Michael Curmi (Triq Spiera)
Victor Said (Triq il-Knisja)
Marvic Scerri (Triq 28 ta’ April 1688)
Samuel Sultana (Triq Jannar)
Ganni Theuma (Vjal it-8 ta’ Settembru)