Menu

Is-Socjeta Filarmonika Victory

Is-Socjetà Filarmonika “Victory” hija l-ewwel Banda li twaqqfet fost l-irhula kollha t’Ghawdex bid-data tal-25 ta’ Ottubru 1898 b’inizjattiva tal-Fundatur Arc. Guzeppi Diacono u taht it-tmexxija tas-Surmast Malti Edwardu Farina, illi dizgrazzjatament wara ftit taz-zmien kellha tghib minn fostna.

Izda l-hegga ghall-Banda fost l-ewwel Bandisti tat il-frott taghha billi fl-1934 regghet twieldet il-Banda gox-Xaghra b’inizjattiva tal-Fundatur Frangisk Camilleri u taht it-tmexxija tas-Surmast Mikiel Farrugia .

Mit-twaqqif taghha sal-lum il-Banda dejjem tat kontribut mill-akbar fil-qasam muzikali u kulturali ta’ gziritna. Matul il-medda tas-snin, il-Banda “Victory” tmexxiet minn diversi Surmastrijiet ta’ hila kbira. Fis-sena 1993, il-Banda ghaddiet taht idejn is-Surmast Mro. Joseph Galea L.C.M. mir-Rabat Malta.

Is-Socjeta’ “Victory” hija ufficjalment responsabbli mill-organizazzjoni tal-Festi esterni tal-Festa ta’ Marija Bambina.

Fl-1976 is-Socjetà taghna b’inizjattiva tal-Kumitat u membri voluntiera, irnexxielha tibni Kazin kbir u teatru modern li jilqa’ l-bzonnijiet tal-lum ghall-attivitajiet kulturali.

Ghandha ghadd kbir ta’ grajjiet glorjuzi, fosthom li hija l-Ewwel Banda minn Malta u Ghawdex li daqqet fl-Amerika fejn esegwiet Programmi Muzikali f’Northville Town u fl-American Community Club gewwa Dearborn fl-1994.

Sa mill-ewwel sena tat-twaqqif taghha ‘l hawn, il-Banda “Victory” baqghet dejjem taghmel successi u progress li jibqghu miktubin b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ din l-Ghaqda Muzikali.

Surmastrijiet tal-Banda “Victory”

1898 – 1900 Eduardo Farina

1901 – 1906 Mikelang Borg

1934 – 1960 Mikiel Farrugia

1960 – 1970 Joseph Camilleri A.Mus.L.C.M.

1971 – 1977 Nazzareno Refalo

1977 – 1993 Anton Bonnici

1993 – Joseph Galea L.C.M.

Presidenti tas-Socjeta’ Filarmonika ‘Victory’

1898 – 1899 Il-Kanonku Luigi Attard

1899 – 1906 It-Tabib Dr. Nicolino Tabone M.D.

1934 – 1939 Is-Sur Frangisk Camilleri

1939 – 1945 It-Tabib Dr. George Camilleri M.D.

1945 – 1970 Is-Sur Carmel Refalo

1970 It-Tabib Dr. Humbert Grech M.D.

1970 Il-Kavallier Julian Refalo Rapa

1970 – 1971 Is-Sur Eucharist Attard

1971 – 1975 Is-Sur Lawrence Camilleri

1975 – 1976 Is-Sur Joseph Bajada

1976 Is-Sur Mario Xerri

1976 – 1978 Is-Sur Anthony Bajada

1978 – 1979 Is-Sur Joseph Bajada

1979 – 1985 Is-Sur Carmel Sultana

1985 – 1996 Is-Sur Eucharist Sultana

1996 – 1999 Is-Sur Michael Spiteri

1999 – Is-Sur Michael F. Cini