Menu

IL-LEGION OF MARY FIX-XAGHRA

Il-Legjun ta’ Marija twieled fl-Irlanda fis-7 ta’ Settembru 1921, sewwasew fit-8.00 ta’ fil-ghaxija. Hija kumbinazzjoni simbolika li kellu jitwieled fit-8.00 lejliet it-8 ta’ Settembru, Jum it-Twelid ta’ Marija Bambina. Fl-1936 l-Ghaqda waslet Malta ghalkemm kellha tistenna sat-23 t’April 1940 qabel ma nghatat il-permess ufficjali tahdem f’Malta mill-Isqof ta’ Malta, Mauro Caruana.

Fl-1950, l-Isqof ta’ Ghawdex ta’ dak iz-zmien, Mons. Guzeppi Pace, ta l-permess tieghu lil din l-Ghaqda biex topera fil-Gzira Ghawdxija u fis-27 ta’ Jannar infetah l-ewwel Praesidium tal-irgiel fir-Rabat. Kien wara kwazi tlett snin illi l-Ghaqda, immexxija mill-mibki Alexander Tabone mill-Victoria, zammet il-Laqgha Generali taghha fic-Cirklu tal-Azzjoni Kattolika fix-Xaghra li ghaliha kienu mistednin l-Arcipriet Mons. M’Angelo Cauchi li gie mitlub jaghti l-kunsens tieghu biex il-Legjun jibda jahdem fil-Parrocca. L-Arcipriet kien pront irrisponda : “Jiena lest li naghmel kollox ghall-Madonna”. Hekk bdiet il-hidma biex fix-Xaghra titwaqqaf il-Legjun ta’ Marija.

Is-Sur Alexander Tabone avvicina lis-Sur Vincent Camilleri, li kien ghalliem fl-iskola primarja maghruf ghax-xoghol tieghu voluntarju. Dan accetta bil-qalb l-istedina u hekk, fis-7 ta’ Marzu 1953, iltaqa’ l-ewwel Praesidium tal-irgiel bl-isem ta’ “Marija Bambina” b’Vincent Camilleri bhala l-President.

Kien sinjifikattiv ukoll li anke hawn jispikka n-numru kien 8, tmin membri li kien beda bihom l-ewwel Praesidium, numru assocjat hafna max-Xaghra minhabba t-8 ta’ Settembru, it-Twelid tal-Bambina, Patruna tar-rahal. Sa l-ahhar jum ta’ hajtu, Censu, kif kien iktar maghruf, baqa’ membru attiv u taht il-hidma tieghu il-Legjun kisbet success kbir fix-Xaghra, tant li fi zmien seba’ xhur il-membri attivi telghu ghal 27 u affiljati mieghu kien hemm 198 membru Awziljarju. L-ewwel Direttur Spiritwali kien il-Kanonku Guzepp Zammit.

Fl-24 t’Ottubru tal-istess sena nfetah l-ewwel Praesidium tan-nisa bl-isem ta’ “Omm Alla”. Il-Kanonku Zammit sar Direttur Spiritwali tieghu u minfloku, f’tar-rgiel, lahaq Il-Kan. Mikelang Apap. Fil-5 ta’ Novembru 1953 infetah l-ewwel Praesidium tas-Subien bl-isem “Flos Virginum” u fit-13 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena infetah l-ewwel Praesidium tal-Bniet bl-isem “Marija Sultana tad-Dinja”.

Ix-xoghol ta’ dawn l-ewwel Legjunarji kien tassew ta’ fejda tant li llum il-Legjun jinsab mifrux mar-rahal kollu u jhaddan fih 8 Praesidia tal-Kbar (2 tar-Rgiel u 6 tan-Nisa) b’50 membru attiv u 5 Praesidia taz-zghar (1 tas-Subien u 4 tal-Bniet) b’27 membri attivi. Hemm ukoll 800 membru Awziljarju u 2 gruppi tal-Veliti (zghar nett) b’20 membru.

Fl-14 ta’ Jannar 1967 twaqqaf Kunsill legjunarju msejjah Curia bl-isem ta’ “Vergni Marija”. Dan sar biex jiehu hsieb il-Praesidia kollha tax-Xaghra. Dan il-Kunsill beda that it-tmexxija tas-Sur Joe Grima bhala President b’Dun Karm Attard id-Direttur Spiritwali tieghu. Prezentement id-Direttur Spiritwali huwa Mons. Carmelo Hili.

Fit-18 ta’ Jannar 1969, minn dan il-Kunsill, illum immexxi mis-Sur Joseph Refalo bhala President, hareg Kunsill iehor bl-isem “Marija Omm tal-Paci” biex jiehu hsieb il-membri zghar, b’Direttur Spiritwali Mons. Arc. Eucaristico Sultana. Illum dan il-Kunsill jinsab immexxi mill-Presidenta Rita Camilleri u b’Direttur Spiritwali Dun Salv Sultana. Mis-19 ta’ Frar 1973, dawn iz-zewg Kunsilli Legjunarji bdew jiehdu hsieb ukoll l-interessi Legjunarji tal-irhula Nadur, Qala u Xewkija. Wara ftit taz-zmien, il-Praesidia tax-Xewkija ffurmaw Kunsill ghalihom bl-isem “Madonna tar-Ruzarju” u gabru maghhom il-Praesidia t’ Ghajnsielem u Sannat.

Il-Kunsilli tal-Kbar u taz-Zghar jiltaqghu fl-iskola tas-Sorijiet Frangiskani fi Triq 28 t’April 1688 ix-Xaghra, taz-Zghar kull l-Ewwel Sibt tax-Xahar u tal-Kbar kull l-Ewwel Tnejn tax-Xahar.

Id-dmir ewlieni ta’ kull Legjunarju huwa li jattendi ghal-Laqgha kull gimgha u li jaghmel saghtejn appostolat bhal zjajjar lill-familji, fl-isptarijiet, lill-morda u l-anzjani f’darhom; zjajjar bl-istatwa zghira tal-Madonna fil-familji, Konsagrazzjoni jew tigdid tal-familji lill-Qlub ta’ Gesu’ u ta’ Marija; kuntatti persunali, zjajjar fil-kazini u l-hwienet, tixrid ta’ devozzjonijiet bhal Ruzarju, Angelus u talb iehor u tmexxija ta’ Praesidia anke fi rhula ohra. Jiehdu sehem ukoll fil-Peregrinatio Pro Christo u Maria et Patria li jehodhom barra minn Malta biex jaghmlu bhal xoghol missjunarju f’pajjizi ohra ghal mhux iktar minn tnax-il gurnata.

F’din is-sena 2003 ghalhekk, il-Legjun ta’ Marija fix-Xaghra jiccelebra l-Gublew tad-Deheb tieghu, jaghlaq 50 sena li ilu fix-Xaghra u ghalhekk qed isiru hafna attivitajiet kommemorattivi, fosthom Koncelebrazzjoni ta’ Ringrazzjament lil Alla.